Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Minn Qalb l-Anzjani: Inizjattiva biex l-anzjani fiċ-ċentri għall-anzjanità attiva jiddisinjaw il-kartolini uffiċjali tal-Milied

pr252131
Date Icon 28/11/2025

Fuq inizjattiva tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC), inħolqot kompetizzjoni fost il-membri taċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva biex joħolqu d-disinji tal-kartolini uffiċjali tal-Milied 2025. L-anzjani ġew mistiedna jesprimu l-kreattività tagħhom billi jissottomettu disinji oriġinali għal kartolini li se jintużaw sabiex jintbagħtu l-awguri tal-Milied u tas-Sena l-Ġdida f'diversi dipartimenti, inklużi lill-membri anzjani nfushom.

B'parteċipazzjoni minn 18-il ċentru differenti, ġew sottomessi total ta' 68 disinn uniku. Il-bord tal-għażla kellu diffikultà biex jagħżel l-aħjar kartolini, peress li l-livell kien għoli u l-ideat varjati. Fl-aħħar nett, intgħażlu l-aqwa 10 disinji rebbieħa, li ġew stampati b'mod professjonali u jinkludu l-isem tal-artist anzjan u ċ-ċentru rispettiv.

Ir-riżultati ta' din il-kompetizzjoni ġew imħabbra waqt attività fiċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva tas-Siġġiewi, fejn kienu preżenti s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea, kif ukoll is-Segretarju Permanenti Renzo De Gabriele. Matul l-attività, id-disinji kollha sottomessi kienu għall-wiri.

Is-Segretarju Parlamentari Agius Galea spjega kif din l-inizjattiva, bl-isem “Minn Qalb l-Anzjani", turi t-talenti, il-ħila u l-ispirtu kreattiv li għadhom preżenti b'mod qawwi fost l-anzjani. Huwa żied jgħid li inizjattivi bħal dawn mhux biss isebbħu l-festi, iżda jservu ta' spazji ta' espressjoni u valur personali għall-anzjani.

Fid-dawl tas-suċċess ta' din il-kompetizzjoni, id-Dipartiment tal-AACC qed jikkunsidra li jorganizza edizzjonijiet simili matul is-sena, fosthom għall-Għid il-Kbir, sabiex il-parteċipazzjoni kreattiva tal-anzjani tkun kontinwa u viżibbli.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Minn Qalb l-Anzjani: Inizjattiva biex l-anzjani fiċ-ċentri għall-anzjanità attiva jiddisinjaw il-kartolini uffiċjali tal-Milied
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Minn Qalb l-Anzjani: Inizjattiva biex l-anzjani fiċ-ċentri għall-anzjanità attiva jiddisinjaw il-kartolini uffiċjali tal-Milied
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Minn Qalb l-Anzjani: Inizjattiva biex l-anzjani fiċ-ċentri għall-anzjanità attiva jiddisinjaw il-kartolini uffiċjali tal-Milied
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow