Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Tnedija tal-ktieb, ‘Ġżejjer f’Kontinent’, dwar l-opportunitajiet u l-isfidi tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea

pr252128
Date Icon 28/11/2025

Fil-binja ta' Servizzi Ewropej f'Malta (SEM) fil-Belt Valletta, ġiet imnedija il-pubblikazzjoni “Gżejjer f'Kontinent", li saret mill-istess aġenzija flimkien ma' Europe Direct Valletta. Din il-pubblikazzjoni ġdida tfittex li tressaq perspettiva artistika u riflessiva dwar l-esperjenza u l-vjaġġ ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Għal din l-okkażjoni attenda l-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi fejn fi kliemu faħħar il-ħsieb wara din l-inizjattiva biex jkompli jinfirex  l-għarfien dwar l-Unjoni Ewropea fost il-pubbliku.

Il-ktieb, li huwa r-raba' pubblikazzjoni tal-aġenzija SEM u Europe Direct Valletta, jiġbor fih seba' stejjer miktuba minn awturi Maltin stabbiliti, editjati minn Clare Azzopardi u illustrati minn Julian Mallia. B'differenza mill-pubblikazzjonijiet preċedenti mmirati għal etajiet iżgħar, dan il-ktieb huwa maħsub għall-pubbliku adult u joffri riflessjonijiet profondi fuq kif is-sħubija fl-UE influwenzat l-identità Maltija fuq livell individwali u kollettiv.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi wera l-apprezzament għall-kollaborazzjoni bejn Servizzi Ewropej f'Malta u Europe Direct Valletta li qed tnissel dawn il-pubblikazzjonijiet informattivi. “Dan il-ktieb huwa stedina biex inħarsu lejn l-identità tagħna, mhux b'nostalġija, iżda b'għajnejn miftuħin u b'kuraġġ, bħala ċittadini Maltin li jikkontribwixxu għall-futur Ewropew tagħna", qal il-Ministru. Huwa spjega kif il-ħsieb wara dan il-ktieb ma jagħtix biss tweġibiet, iżda jistieden konversazzjoni matura, riflessjoni u diskussjoni.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Servizzi Ewropej f'Malta, Rodrick Zerafa qal li dan il-ktieb hu stedina lill-pubbliku sabiex jirrifletti fuq min aħna, minn fejn ġejna u fejn irridu mmorru bħala poplu Malti u Ewropew. 'Ġżejjer f'Kontinent' ma jagħtix tweġibiet jew opinjonijiet, iżda jistieden lill-qarrejja jirriflettu u jiddiskutu fuq il-bidliet li għaddejna minnhom bħala pajjiż Ewropew u kif għandna nkomplu naħtfu l-opportunitajiet li ġġib magħha din is-sħubija. “Din hija l-missjoni ta' Servizzi Ewropej f'Malta, li ninfurmaw dwar l-Unjoni Ewropea u nassistu lil kull min ikun jixtieq jisfrutta l-opportunitajiet tal-fondi Ewropej u opportunitajiet oħra."

Il-ktieb 'Gżejjer f'Kontinent' jiġbor fih seba' rakkonti li jħarsu lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropea minn aspetti differenti, bħala stejjer imnebbħa mill-esperjenzi tal-ħajja ta' gruppi u individwi. Il-ktieb joffri lill-qarrejja l-possibiltà li jirrifletti fuq kif l-identità Maltija nbidlet, kif minn poplu ta' nazzjon fuq gżira ċkejkna, aħna parti minn familja Ewropea ħafna ikbar.

Il-ktieb jindirizza temi varji bħaż-żgħażagħ u l-opportunitajiet ġodda li nħolqu grazzi għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, l-anzjanità f'soċjetà Ewropea, l-irwol tal-mara fis-soċjetà attwali, il-multikulturaliżmu u l-integrazzjoni, u l-impatt tal-fondi Ewropej fuq il-ħajja ta' kuljum.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi awgura li l-ktieb ikun għodda edukattiva u kulturali li tgħin biex in-narrattiva dwar l-Unjoni Ewropea f'Malta tkun realtà li ngħixu, li tkabbarna u timmaturana bħala ċittadini Maltin u Ewropej.

Waqt it-tnedija tal-ktieb, ipparteċipaw il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta, Maria Elena Despott, il-Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew f'Malta, Mario Sammut u l-Manager tal-Istitut tal-Istudji Ewropej fl-Università ta' Malta, Stephan Bezzina.

Il-ktieb 'Ġżejjer f'Kontinent' se jkun disponibbli fil-libreriji pubbliċi kollha, f'diversi djar tal-anzjani u ċentri tal-komunità.

Il-pubbliku jista' jakkwista kopja b'xejn mill-uffiċċju ta' Servizzi Ewropej f'Malta f'280 Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta. Il-verżjoni diġitali hija wkoll aċċessibbli fil-website ta' Servizzi Ewropej f'Malta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Tnedija tal-ktieb, ‘Ġżejjer f’Kontinent’, dwar l-opportunitajiet u l-isfidi tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Tnedija tal-ktieb, ‘Ġżejjer f’Kontinent’, dwar l-opportunitajiet u l-isfidi tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Tnedija tal-ktieb, ‘Ġżejjer f’Kontinent’, dwar l-opportunitajiet u l-isfidi tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow