STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tittella’ l-konferenza ‘Digitalisation in Spatial Planning - The Next Generation’ dwar l-importanza tad-diġitalizzazzjoni fl-ippjanar sabiex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati
Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri indirizza l-konferenza Digitalisation in Spatial Planning - The Next Generation organizzata mill-Awtorità tal-Ippjanar u li trattat is-suġġett tad-diġitalizzazzjoni tal-istess Awtorità.
Il-Ministru Camilleri stqarr li f’din il-konferenza importanti mhux biss ġiet diskussa d-diġitalizzazzjoni tal-istess Awtorità, iżda wkoll tas-servizzi li jingħataw minnha u mill-istakeholders u l-importanza li naqilbu għal din is-sistema sabiex tgħin b’mod qawwi fejn jidħol l-ippjanar u l-ippjanar spazjali.
Il-Ministru Clint Camilleri spjega li “permezz ta’ tali teknoloġija wieħed jista’ jivviżwalizza aħjar, flok jimxi fuq assumptions ikun jista’ jimxi fuq il-fatti reali ta’ bħalissa u aktar minn hekk ukoll wieħed ikun jista’ jara diversi options, parameters, real life, dak il-ħin qabel ma tittieħed id-deċiżjoni. Din hija għodda li se tkun qed tgħin ħafna lill-Awtorità tal-Ippjanar, aktar minn hekk ukoll se tkun qiegħda tgħin lis-settur inkluż lill-periti, lid-designers kif ukoll lill-klijenti kollha li jagħmlu użu mis-servizzi tal-istess Awtorità.”
Min-naħa tiegħu ċ-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg qal li “l-Awtorità tal-Ippjanar dejjem kienet fuq quddiem nett fit-trasformazzjoni diġitali, iżda l-irwol ewlieni tagħha jissaħħaħ mhux biss billi naġġornaw il-basemap, iżda wkoll billi niżviluppaw għodod analitiċi 2D u 3D li se jippermettu lill-uffiċjali tal-Awtorità jkunu aktar infurmati. L-użu effettiv ta’ digital twins, l-iżvilupp ta’ mudelli 3D u l-ħolqien ta’ għodod ta’ tbassir effettivi bbażati fuq l-interpolazzjoni u l-integrazzjoni ta’ varji datasets spazjali se jippermettu lil dawk li jfasslu l-politika jieħdu deċiżjonijiet aktar infurmati.”
Li tinħoloq għodda spazjali effettiva primarjament għall-partijiet interessati fil-Gvern u l-entitajiet tiegħu, u biex jitqiegħed il-pedament għal ippjanar spazjali integrat u effettiv huwa rekwiżit ewlieni għall-implimentazzjoni tal-Viżjoni Malta 2050.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN