Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Ambaxxatriċi residenti u żewġ ambaxxaturi mhux residenti ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

pr252113
Date Icon 26/11/2025

L-Erbgħa filgħodu, Ambaxxatur residenti u żewġ Ambaxxaturi mhux residenti ppreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta. 

Dawn huma:

• L-Eċċellenza Tagħha Somers White Farkas, Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti;

• L-Eċċellenza Tagħha María José Argaña, Ambaxxatriċi tar-Repubblika tal-Paragwaj;

• L-Eċċellenza Tiegħu Andy Detaille, Ambaxxatur tar-Renju tal-Belġju.

Fil-laqgħa bejn l-Ambaxattriċi Amerikana u l-Eċċellenza Tagħha, iż-żewġ naħat enfasizzaw ir-rabtiet sodi u b’saħħithom bejn Malta u l-Istati Uniti li huma mibnija fuq rispett reċiproku, valuri komuni, u impenn lejn il-paċi u l-prosperità internazzjonali. 

Fuq livell bilaterali, id-diskussjonijiet iffukaw fuq il-modi kif jissaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi, billi jiġi mħeġġeġ l-iskambju, u jiġu esplorati opportunitajiet ġodda ta’ kollaborazzjoni f’diversi setturi, fosthom il-konnettività u n-negozju. 

Fil-laqgħa mal-President ta’ Malta, l-Ambaxxatriċi tal-Paragwaj tkellmet dwar il-karatteristiċi simili li jeżistu bejn Malta u l-Paragwaj bħala Stati żgħar attivi ħafna fuq skala multilaterali. Hija esprimiet apprezzament għar-rwol u l-isforzi ta’ Malta fil-fora multilaterali. 

Waqt il-laqgħa ġie diskuss l-potenzjal ta’ żvilupp ta’ opportunitajiet, b’mod speċjali permezz ta’ inizjattivi għaż-żgħażagħ u fl-edukazzjoni, inkluż l-istudji tal-lingwi u programmi ta’ skambju kulturali. 

L-Ambaxxatur tar-Renju tal-Belġju, innota l-impenn ta’ Malta għall-ħidma fl-isfera multilaterali, speċjalment fil-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà, filwaqt li esprima l-impenn tiegħu li jkompli jħeġġeġ għal aktar opportunitajiet  ta’ kummerċ u negozju bejn Malta u l-Belġju, u kooperazzjoni fl-oqsma tal-Unjoni Ewropea u wkoll fil-fora bilaterali. 

Il-President Spiteri Debono awgurat lill-Ambaxxaturi għall-ħatra tagħhom. 

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Ambaxxatriċi residenti u żewġ ambaxxaturi mhux residenti ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow