Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI

pr252104
Date Icon 25/11/2025

Ix-Xelter tal-Emerġenza, Għabex, fi ħdan l-FSWS, qed jiċċelebra l-25 sena mit-twaqqif tiegħu

Għabex, fi ħdan il-Fondazzjoni għal Ħarsien ta’ Servizzi Soċjali (FSWS), hu post li jsaħħaħ lil kull min jiġi għall-għajnuna u dan isir grazzi għall-professjonisti li jagħtu appoġġ prattiku, edukazzjoni u opportunitajiet ta’ avvanzi personali fil-ħajja biex il-vittmi jemmnu fil-futur tagħhom u jkollhom ħajja ta’ rispett u dinjità. 

F’avveniment biex jitfakkar dan l-anniversarju, ħareġ ċar illi dan huwa servizz t’importanza kbira li  joffri għajnuna lill-vittmi li jkunu għaddejjin minn tbatija emozzjonali, fiżika u sesswali minħabba vjolenza domestika. 

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon stqarr li pajjiżna minn dejjem wera importanza lejn il-ħidma fil-qasam tal-vjolenza domestika, tant li l-ewwel servizzi soċjali offruti f’pajjiżna kienu dawk tal-vjolenza domestika u l-protezzjoni tat-tfal, lura fl-1981.

“Id-dar għandha sservi ta’ post sigur, u mhux ħabs jew post ta’ tortura. Għalhekk kull min jinsab f’din is-sitwazzjoni għandu jitkellem u jfittex appoġġ immedjatament. Il-vjolenza domestika hija fl-interess ta’ kulħadd, għax taffettwa s-soċjetà kollha, mhux biss lil dik il-familja konċernata,” saħaq il-Ministru Michael Falzon.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg saħqet li dan huwa perjodu fis-sena li fih pajjiżna jingħaqad ma’ bosta pajjiżi minn madwar id-dinja biex ikompli jintwera l-impenn kontra l-vjolenza domestika. 

“Din is-sena tajna lill-kampanja tagħna ta’ għarfien immaġini friska u kreattiva sabiex niżguraw li l-messaġġ tagħha jasal u jinfirex aktar. Għandna Ħolma: Futur Mingħajr Vjolenza huwa messaġġ b’saħħtu li se jgħinna nkunu aktar solidali u ta’ għajnuna lejn il-vittmi kollha, permezz tal-mezzi kollha possibbli,” qalet Buttigieg.

Fid-diskors tagħha, mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela stqarret li l-vjolenza domestika hija realtà serja li ma taffettwax biss lill-vittmi, iżda tħalli impatt profond fuq it-tfal, il-familji u l-komunità kollha. Sostniet li soċjetà b’saħħitha hija waħda li tħares lejn ir-rispett, l-ugwaljanza u l-kunsens bħala valuri ewlenin li jridu jiġu mgħallma minn età żgħira sabiex il-ħsara tiġi evitata ’l quddiem.

“Grazzi għal Għabex u l-ħaddiema tagħha qegħdin nagħtu tama u ambjent sikur għal dawk li lesti joħorġu minn ambjent abbużiv sabiex jerġgħu jsibu l-vuċi tagħhom. Il-ħolma tagħna għal futur mingħajr vjolenza mhijiex biss aspirazzjoni iżda hija responsabbiltà nazzjonali,” temmet tgħid Dr Lydia Abela. 

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred Grixti spjega kif fix-xelter tal-Għabex isir ħafna xogħol u sapport emozzjonali, sabiex tingħata tama, determinazzjoni u appoġġ li eventwalment jgħinu lill-vittmi joħorġu minn dan l-abbuż. Issir ukoll ħidma individwali dwar pjan għall-futur.

Waqt din l-istess konferenza saru wkoll żewġ diskussjonijiet informattivi minn żewġ panels differenti fejn ġew diskussi x-xelters f’Malta u l-perspettiva tal-vittmi. Saru wkoll diskorsi minn Dr Davy Simons, Direttur tal-Family Justice Centre, l-FJC u Membru fuq il-Bord tal-European Family Justice Centre, l-EFJC, filwaqt li saret preżentazzjoni ta’ ktieb mir-risk assessor, Andre Mifsud.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow