Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ir-Reġjun tal-Port se jkun ir-Reġjun tal-Kultura 2026

PR252092
Date Icon 24/11/2025

Ir-Reġjun Port se jkun ir-Reġjun tal-Kultura għas-sena d-dieħla, dan wara li fi ftit ġimgħat jintemm it-terminu tar-Reġjun Għawdex bħala r-Reġjun tal-Kultura 2025. Ta' kull sena, reġjun differenti f'pajjiżna jintgħażel sabiex matul dik is-sena jtella' għadd ta' attivitajiet kulturali fil-lokalitajiet rispettivi fir-reġjun.

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, fil-preżenza tal-President tal-Kunsill tar-Reġjun tal-Port, Paul Farrugia, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Mario Fava u d-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, Emile Vassallo.

Fil-fatt, ġie spjegat li din l-inizjattiva, Reġjun tal-Kultura, tnediet fl-2022 mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-għan prinċipali huwa li tippromwovi l-għeruq tat-tradizzjonijiet u l-kultura ta' pajjiżna. Intqal li dan iċ-ċiklu issa wasal fir-raba' sena tiegħu, u kull sena jkun imissu reġjun differenti, fil-fatt is-sena d-dieħla se jkun imissu r-Reġjun tal-Port li jiċċelebra l-wirt kulturali tiegħu.

Fid-diskors tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li dan ir-reġjun hu mogħni b'wieħed mill-isbaħ portijiet fid-dinja, fdalijiet arkeoloġiċi li jeħduna fiż-żminijiet ta' qabel Kristu, swar u fortifikazzjonijiet li għexu sekli twal u li ma beżgħux minn gwerra wara l-oħra, knejjes, mużewijiet, bereġ u palazzi, li kollha għandhom storja unika li teħodna lura mijiet ta' snin. Spjegat kif dan ir-reġjun hu magħmul minn lokalitajiet li, hemm fosthom li huma żgħar ikkomparati ma' oħrajn, madankollu l-lokalitajiet kollha f'dan ir-reġjun huma kollha rikki fil-valuri differenti tagħhom.

“Illum, b'differenza ma' ftit snin ilu, żdiedet ħafna l-attività turistika fil-lokalitajiet ta' dan ir-reġjun li qabel ma konniex nesperjenzawha. Dan grazzi wkoll għall-impenn ta' kull wieħed u waħda minnkom li qegħdin fil-kunsilli rispettivi tal-lokalitajiet fi ħdanu. Għalhekk, din hija opportunità oħra sabiex il-lokalitajiet kollha tal-port ikomplu jikbru u jissebbħu filwaqt li ma nitilfux l-identità tagħhom," qalet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Is-segretarju parlamentari qalet kif matul is-sena li ġejja, dawn il-kunsilli, apparti dawk l-attivitajiet li jsiru mill-kunsilli stess, se jkunu qed jiżdiedu dawk marbuta mar-Reġjun tal-Kultura. Hija temmet tirringrazzja lir-Reġjun ta' Għawdex, li rnexxielhom ikomplu fuq dawk ta' qabilhom, suċċess bi programm vast b'enfasi fuq l-attivitajiet reliġjużi, folklor u l-gastronomija Għawdxija.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, Emile Vassallo, qal li r-Reġjun tal-Kultura, huwa opportunità sabiex ir-Reġjun tal-Port ikun il-pjattaforma biex jiġu onorati l-għeruq u t-tradizzjonijiet li sawru dawn l-istess lokalitajiet filwaqt li jiġu involuti l-komunitajiet li jipparteċipaw f'din iċ-ċelebrazzjoni.

Il-President tar-Reġjun, Paul Farrugia, ħabbar kif il-motto li ntgħażel għar-Reġjun Kultura għas-sena d-dieħla huwa,  “Fejn l-istorja tankarja u l-mewġ jiggwidana", u spjega kif din hija opportunità sabiex il-kunsilli tal-Port isiru aktar reżiljenti filwaqt li jgħollu l-valur tal-lokalitajiet tagħhom, mhux biss mal-Maltin, imma anke mat-turisti.

Intant, ir-Reġjun Port huwa magħmul mil-lokalitajiet tal-Birgu, Bormla, l-Isla, Kalkara, il-Belt Valletta, il-Furjana, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar, il-Fgura, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ir-Reġjun tal-Port se jkun ir-Reġjun tal-Kultura 2026
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ir-Reġjun tal-Port se jkun ir-Reġjun tal-Kultura 2026
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ir-Reġjun tal-Port se jkun ir-Reġjun tal-Kultura 2026
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow