Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tnedija tat-Taskforce Nazzjonali għall-Involviment ta’ STEAM

PR252091
Date Icon 24/11/2025

Sħubija nazzjonali biex tissaħħaħ l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni kreattiva f'Malta

Fl-Esplora, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti nieda t-Taskforce Nazzjonali għall-Involviment ta' STEAM, bil-parteċipazzjoni tas-Senior Director ta' Esplora Mary Ann Cauchi u l-kapijiet tal-entitajiet involuti. Din l-inizjattiva nazzjonali, imnedija f'kollaborazzjoni ma' Xjenza Malta, tirrappreżenta pass importanti fl-evoluzzjoni ta' Malta minn mudell ibbażat fuq STEM għal approċċ aktar komprensiv ibbażat fuq STEAM, li jgħaqqad ix-xjenza u t-teknoloġija mal-arti, id-disinn u l-ħsieb kreattiv.

It-Taskforce laqqgħet flimkien diversi istituzzjonijiet u partijiet ikkonċernati - mill-edukazzjoni u r-riċerka, sal-industrija, l-arti u l-politika pubblika – li se jaħdmu b'mod koordinat biex jidentifikaw sfidi nazzjonali fis-settur STEAM, jiżviluppaw soluzzjonijiet komuni, jaqsmu data u jippromwovu politika bbażata fuq l-evidenza. Entitajiet ewlenin li ħadu sehem jinkludu l-Arts Council Malta, l-Istitut għall-Edukazzjoni, JobsPlus, il-Malta Chamber of Commerce, il-Malta Chamber of Engineers, il-Malta Chamber of Scientists, MATSEC, MCAST, MEYR, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet, Tech.mt u l-Università ta' Malta.

Matul l-avveniment, il-kapijiet tal-entitajiet kollha ffirmaw iċ-Charter uffiċjali tat-Taskforce, u b'hekk impenjaw ruħhom għal kooperazzjoni kontinwa, għarfien kondiviż u azzjoni konġunta biex tissaħħaħ l-ekosistema STEAM f'Malta. Permezz ta' dan il-qafas, il-pajjiż se jkun f'pożizzjoni aktar b'saħħitha biex iħejji ġenerazzjonijiet li kapaċi jimxu b'ħila bejn kreattività, teknoloġija u innovazzjoni.

Waqt id-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti tenna l-importanza nazzjonali ta' din l-inizjattiva u qal li t-tnedija tat-Taskforce tirrappreżenta pass ewlieni fl-allinjament tal-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-forza tax-xogħol mal-ħtiġijiet ta' dinja li qed tinbidel b'mod rapidu. Huwa sostna li l-integrazzjoni tal-arti max-xjenza u t-teknoloġija tagħti lill-istudenti u lill-ħaddiema aktar ħiliet reżiljenti li jikkontribwixxu direttament għall-innovazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku.

Is-Senior Director ta' Esplora, Mary Ann Cauchi, kompliet tispjega li din is-sħubija nazzjonali hija rifless tal-viżjoni ta' Esplora li taħdem bħala katalist għall-kurżità, il-kreattività u l-kollaborazzjoni. Hija qalet li edukazzjoni STEAM mhijiex biss mezz biex it-tfal u ż-żgħażagħ jiġu ppreparati għax-xogħol tal-futur, iżda wkoll biex jiġu mgħammra bil-ħsieb kritiku, l-immaġinazzjoni u s-sens ta' responsabbiltà li jippermettulhom jikkontribwixxu għal Malta sostenibbli u innovattiva.

It-tnedija tat-Taskforce Nazzjonali għall-Involviment ta' STEAM tirrapreżenta pass nazzjonali importanti lejn approċċ ħolistiku u modern fl-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Din l-inizjattiva tpoġġi lil Malta f'pożizzjoni strateġika biex tkompli tiżviluppa talent kreattiv u kompetittiv, filwaqt li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-ekosistemi tal-arti, ix-xjenza u t-teknoloġija fis-snin li ġejjin.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tnedija tat-Taskforce Nazzjonali għall-Involviment ta’ STEAM
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tnedija tat-Taskforce Nazzjonali għall-Involviment ta’ STEAM
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tnedija tat-Taskforce Nazzjonali għall-Involviment ta’ STEAM
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow