Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Malta tniedi l-ewwel Strateġija għas-Saħħa Diġitali u d-Dejta tas-Saħħa

PR252078
Date Icon 21/11/2025

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva nieda għal konsultazzjoni pubblika l-ewwel Strateġija għas-Saħħa Diġitali u d-Dejta tas-Saħħa, li tissimbolizza pass storiku fit-trasformazzjoni tas-settur tas-saħħa f'Malta.

“Din l-istrateġija tistabbilixxi viżjoni ċara għal sistema tas-saħħa ċċentrata fuq il-pazjent, imħaddma diġitalment, u mmexxija minn innovazzjoni u intelliġenza artifiċjali (AI)", stqarr il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela.

Matul il-konferenza tal-aħbarijiet, ġie spjegat kif din l-istrateġija tiffoka fuq tliet pilastri ewlenin. Id-Dejta, Trasformazzjoni Diġitali u AI, biex titjieb il-kura, jiġu ssimplifikati l-operazzjonijiet, u jitħaffu l-avvanzi teknoloġiċi. Intqal kif din l-istrateġija hija allinjata mal-Strateġija Nazzjonali tas-Sistemi tas-Saħħa 2023–2030, Strateġija Diġitali Nazzjonali, Strateġija Nazzjonali għall-Intelliġenza Artifiċjali u ma' inizjattivi Ewropej bħall-European Health Data Space li kollha jkomplu mal-viżjoni tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif din l-istrateġija għandha numru t'għanijiet ewlenin li tgħin biex tissaħħaħ l-esperjenza taċ-ċittadini permezz ta' soluzzjonijiet diġitali billi tiġi sfruttata l-AI u tittejjeb id-deċiżjoni klinika, jissaħħu l-għodod diġitali għall-professjonisti tas-saħħa, tiġi żgurata kontinwità fil-kura permezz ta' sistemi konnessi, titjieb is-saħħa pubblika permezz ta' teknoloġija avvanzata.

Spjega li biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, l-istrateġija tinkludi 28 azzjoni ewlenija, fosthom l-espansjoni tal-portal myHealth, it-tfassil ta' pjattaforma nazzjonali għall-ePrescriptions u eDispensing, jissaħħu s-servizzi ta' telemedicina, tiġi introdotta sistema ta' Electronic Patient Records waħda f'kull faċilità tas-saħħa nazzjonali, tinħoloq pjattaforma nazzjonali għall-Electronic Health Records b'iskambju sigur ta' dejta kif ukoll insaħħu l-parteċipazzjoni f'netwerks tas-saħħa Ewropej.

“Din l-istrateġija hija parti mill-viżjoni tal-gvern Viżjoni Malta 2050 fejn tirrappreżenta impenn b'saħħtu biex jinbena ekosistema tas-saħħa aktar intelliġenti, reżiljenti u ffukata fuq il-pazjent. Permezz ta' kollaborazzjoni, governanza soda u investiment kontinwu, Malta qed tpoġġi lilha nnifisha fuq quddiem nett fit-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa", temm jgħid Dr Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Malta tniedi l-ewwel Strateġija għas-Saħħa Diġitali u d-Dejta tas-Saħħa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Malta tniedi l-ewwel Strateġija għas-Saħħa Diġitali u d-Dejta tas-Saħħa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow