Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GĦAWDEX U L-IPPJANAR Proċeduri ta' Ksur dwar id-Deroga għar-Riċerka fuq l-Għasafar tal-Għana

PR252074
Date Icon 21/11/2025

Il-Kummissjoni Ewropea llum nediet proċeduri ta' ksur kontra Malta dwar id-deroga għar-riċerka relatata mas-seba' speċi tal-għasafar tal-għana.

Wara s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-2024 (Kawża C23/23), il-Gvern daħħal emendi sabiex jikkonforma ma' dik is-sentenza. Dawn l-emendi kienu intiżi biex jindirizzaw is-sentenza tal-Qorti, b'mod partikolari billi jiġġustifikaw in-nuqqas ta' soluzzjonijiet sodisfaċenti oħra u billi jsaħħu l-miżuri ta' implimentazzjoni.

Minkejja dawn l-isforzi, il-Kummissjoni xorta waħda ddeċidiet li tiftaħ proċeduri ġodda ta' ksur peress li qed tiddubita jekk id-deroga ta' Malta, kif applikata fil-qafas leġiżlattiv il-ġdid, effettivament sservix skop ta' riċerka. Il-Gvern Malti jieħu nota ta' din id-deċiżjoni u jibqa' impenjat fid-djalogu kostruttiv kontinwu mal-Kummissjoni Ewropea. Id-diskussjonijiet riċenti bejn il-Ministru Clint Camilleri u l-Kummissarju Jessika Roswall enfasizzaw l-impenn ta' Malta li tikkopera b'mod leali u ssib soluzzjonijiet reċiprokament aċċettabbli.

Il-Gvern issa għandu xahrejn biex iwieġeb għal dawn il-proċeduri.

Il-Gvern Malti se jkompli jiddefendi din id-deroga ta' riċerka, filwaqt li jiżgura l-konformità mad-dritt tal-Unjoni Ewropea filwaqt li jipproteġi l-identità kulturali u t-tradizzjonijiet tal-Maltin u l-Għawdxin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow