Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jitħabbar il-pjan għal pont pedonali ġdid fl-Imsida li jtejjeb l-aċċess u s-sigurtà

pr252068
Date Icon 20/11/2025

Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi ħabbar li se jinbena pont pedonali ġdid fl-Imsida sabiex itejjeb l-mobilità għal mijiet ta' studenti u residenti li ta' kuljum jaqsmu din iż-żona. Dan il-pont ser ikun qiegħed jgħaqqad iż-żewġ naħat tal-Imsida b'mod sigur u joffri aċċess aħjar għal min juża t-trasport pubbliku.

Dan l-iżvilupp tħabbar waqt laqgħa li l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Chris Bonett kellu mal-Kunsill Studenti Junior College li ġie elett ftit tal-jiem ilu. Dan wara li l-għaqda studenteska Pulse kienet elenkat il-bżonn ta' dan il-pont fil-manifest elettorali tagħha. Il-Ministru Bonett iddiskuta l-importanza tal-proġett mal-istudenti u kkonferma li dan il-pont ser ikun qed jiġi implimentat bħala parti mix-xogħol li għaddej preżentement minn Infrastructure Malta.

Il-Ministru Bonett saħaq dwar l-importanza ta' djalogu kontinwu mal-komunità kollha, inkluż mal-istudenti. Huwa qal li, “l-istudenti jistgħu jkunu katalisti importanti għall-bidla u bħala Gvern aħna impenjati li nkomplu noffru alternattivi sostenibbli u affidabbli li jħeġġu l-mobilità attiva." Huwa spjega kif il-pont se jtejjeb drastikament is-sigurtà għal min jimxi, jsaħħaħ il-konnettività, filwaqt li jelimina t-traffic lights preżenti.

Il-President tal-Kunsill Studenti Junior College, Amjad Zina spjega kif il-kunsill mal-ewwel beda l-ħidma tiegħu biex din il-proposta sseħħ realtà. Huwa laqa' l-fatt li dan l-iżvilupp seħħ f'qasir żmien u qal li jħares 'il quddiem li jara l-proġett iseħħ realtà għal ġid tal-istudenti kollha.

Il-pont pedonali l-ġdid se jkun qed jikkumplimenta l-proġett tal-Imsida Creek li ser iwassal sabiex jinħolqu aktar spazji miftuħa, jiżdiedu r-rotot pedonali u joffri aċċessibilità aħjar għall-pubbliku. Dan il-pass jirrifletti l-viżjoni tal-Gvern għal infrastruttura aktar sigura, moderna u mfassla għan-nies.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jitħabbar il-pjan għal pont pedonali ġdid fl-Imsida li jtejjeb l-aċċess u s-sigurtà
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jitħabbar il-pjan għal pont pedonali ġdid fl-Imsida li jtejjeb l-aċċess u s-sigurtà
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow