Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Impjegati se jibbenefikaw minn żieda sinifikanti fil-paga u opportunitajiet biex javvanzaw fil-karriera tagħhom permezz ta’ ftehim ġdid bejn il-WSC u l-GWU

pr252063
Date Icon 20/11/2025

L-impjegati tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mistennija jirċievu titjib sostanzjali fil-pagi, fl-opportunitajiet biex javvanzaw fil-karriera u fl-iżvilupp professjonali tagħhom permezz tal-iffirmar ta' ftehim kollettiv ġdid mal-General Workers' Union. Investiment ta' aktar minn €36 miljun matul is-sitt snin li ġejjin.

Il-ftehim, iffirmat fil-preżenza tal-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija Miriam Dalli, jimmarka pass importanti fl-impenn kontinwu tal-Korporazzjoni li tirrikonoxxi u tippremja lill-impjegati tagħha, li għandhom rwol essenzjali biex iwasslu s-servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ fid-djar u fin-negozji madwar Malta u Għawdex. “Dan il-ftehim kollettiv jirrifletti l-impenn tal-Gvern u tal-Korporazzjoni għat-tisħiħ tas-servizz pubbliku permezz ta' investiment fin-nies. Billi nipprijoritizzaw l-iżvilupp u ninvestu fil-ħaddiema tagħna, qed nibnu Korporazzjoni aktar b'saħħitha li ġġib riżultati aħjar għall-pajjiż," qalet il-Ministru Dalli.

Dan il-ftehim iġib miegħu titjib sinifikanti għall-ħaddiema tal-Korporazzjoni, inkluż salarji aħjar, opportunitajiet biex wieħed javvanza fil-karriera tiegħu, u taħriġ annwali għal kull impjegat biex jilħaq livelli ogħla ta' ħiliet u jimxi 'l quddiem fil-karriera tiegħu. Dan il-ftehim jintroduċi wkoll miżuri ġodda li jsaħħu l-istabbiltà tax-xogħol, inaqqsu ħaddiema milli jitilqu u jipprovdi opportunitajiet ta' promozzjoni interna.


“Dan il-ftehim huwa xhieda ta' dak li nemmnu fih li s-saħħa tal-Korporazzjoni tinsab fin-nies tagħha. Billi ninvestu fl-opportunitajiet, l-istabbiltà u l-benesseri tagħhom, qed niżguraw il-kontinwità tas-servizzi tagħna u nlestu l-Korporazzjoni għall-isfidi u l-opportunitajiet li ġejjin. L-impjegati tagħna huma fiċ-ċentru ta' dak kollu li nagħmlu, u dan il-ftehim jagħtihom l-għarfien u l-għodod li jixirqilhom biex ikomplu jwasslu servizz ta' eċċellenza," qal il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Karl Cilia.

“Il-General Workers' Union hija sodisfatta bil-Ftehim Kollettiv, li jkopri madwar 900 impjegat tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Il-Ftehim Kollettiv jinvolvi investiment ta' €36 miljun, kemm fil-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll fis-salarji. Barra minn hekk, jistabbilixxi viżjoni għall-ġejjieni għall-istaff tal-Korporazzjoni għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ," qal Josef Bugeja, Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union.

Il-ftehim ġie ffirmat minn Karl Cilia, Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma; Joseph Vella, Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma; Kendrick Bondin, Segretarju tal-General Workers' Union; ir-rappreżentanti tal-GWU Mark Mckay, Mildred Mifsud, Colin Ferriggi u Richard Vella; u Mario Grixti, Deputat Kap tar-Relazzjonijiet Industrijali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Impjegati se jibbenefikaw minn żieda sinifikanti fil-paga u opportunitajiet biex javvanzaw fil-karriera tagħhom permezz ta’ ftehim ġdid bejn il-WSC u l-GWU
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Impjegati se jibbenefikaw minn żieda sinifikanti fil-paga u opportunitajiet biex javvanzaw fil-karriera tagħhom permezz ta’ ftehim ġdid bejn il-WSC u l-GWU
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow