Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI F’10 snin jibbenefikaw aktar minn 3,200 student bil-ħidma tal-King’s Trust International Achieve f’Malta

PR252056
Date Icon 19/11/2025

Waqt ċerimonja ta’ ċelebrazzjoni, il-King’s Trust International Achieve (KTI) f’Malta mhux biss fakkret l-għaxar snin ħidma b’suċċess f’pajjiżna, imma wkoll ippremjat proġetti, edukaturi u studenti għas-sena li għaddiet u għal din is-sena.

Ir-rebbieħa huma:

• Project Award 2024 – Giving is a Privilege – St Thomas More College Support Learning Centre Ħamrun.

• Sustainability Award 2024 – The Artists - St Benedict College Pietru Pawl Saydon Secondary School Kirkop

• Educator Award 2024 – Annabelle Vella – St Clare College Sir Adrian Dingli Middle and Secondary School

• Student Award 2024 – Lyden Lee Pace St Albert the Great College Valletta u Selenia Polidano Immaculate Conception School Tarxien

• Project Award 2025 – Cookies and Ribbons – A KTI Enterprise St Thomas More College Margaret Mortimer Secondary School Santa Luċija 

• Sustainability Award 2025 – Nature Never Wastes Stella Maris College

• STEM Award 2025 – Act of Kindness Christmas Tree St Benedict College Pietru Pawl Saydon Secondary School

• Educator Award 2025 – Rachel Zammit St Thomas More College Carlo Diacono Middle & Secondary School u Ms Christabel Calleja Stella Maris College

• Student Award 2025 – Nolan Attard Vella Maria Regina College Lily of the Valley Secondary School

F’dawn l-aħħar 10 snin 2,293 student u studenta f’pajjiżna kisbu livelli differenti ta’ kwalifikazzjonijiet li għenuhom biex isibu ruħhom fis-suq tax-xogħol. Din hija waħda biss mill-kisbiet fl-aħħar għaxar snin tal-KTI kemm ilha topera f’Malta, li bħala sħab prinċipali għandha lil HSBC Malta Foundation.

“Dan huwa programm suċċess, grazzi għall-impenn u dedikazzjoni tal-edukaturi u dawk kollha li huma involuti fih, li qed ipoġġu litteralment lill-istudent fiċ-ċentru u jagħtu opportunità oħra fis-settur edukattiv lill-istudenti. B’hekk mhux biss dawn l-istudenti jiksbu riżultati u kwalifikazzjonijiet, imma jingħataw għajnuna biex jersqu lejn id-dinja tax-xogħol,” qal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima f’għeluq iċ-ċelebrazzjoni.

King’s Trust International kienet imwaqqfa fl-2015 mir-Re Karlu III, dak iż-żmien bħala l-Prince Trust International u topera f’20 pajjiż mifruxin fil-Karibew, l-Asja, l-Afrika, il-Lvant Nofsani u l-Ewropa. F’pajjiżna hawn 61 skola li jipparteċipaw f’dan il-programm tal-KTI u madwar 300 edukatur li ngħataw taħriġ u jipparteċipaw fil-programm.

Għaċ-ċelebrazzjoni attendiet il-Kummissarju Għoli tal-Ingilterra Victoria Busby OBE, l-eks Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, Diretturi Ġenerali, Diretturi, Kapijiet ta’ Kulleġġi u Skejjel u edukaturi kemm mill-Iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u wkoll Indipendenti. Kienu preżenti wkoll rappreżentanti tal-imsieħba soċjali f’dan il-programm. Il-Kap Eżekuttiv tal-KTI International, Will Straw, bagħat messaġġ għal din l-okkażjoni prestiġjuża.

Matul iċ-ċelebrazzjoni kien hemm testimonjanzi minn studenti u preżentazzjonijiet, filwaqt li ġew ippremjati diversi skejjel.

“Dan huwa programm ieħor li qed iħalli ħafna ġid fost l-istudenti tagħna, grazzi għall-kollaborazzjonijiet li hemm bejn l-imsieħba kollha, u fuq kollox grazzi wkoll għad-determinazzjoni ta’ Maureen Amoroso, li ilha tmexxi l-operat f’Malta mis-sena skolastika 2016/17,” qal il-Ministru Clifton Grima, filwaqt li inkoraġixxa lill-istudenti u l-edukaturi kollha li jipparteċipaw f’dan il-programm. “Nirringrazzja lill-edukaturi kollha tal-impenn u dedikazzjoni tagħhom. Għal dawk li se jiġu ppremjati llum: studenti, edukaturi, u proġetti ta’ suċċess – napprezza x-xogħol tagħkom. Il-valur tar-riżultati tagħkom huwa enormi, mhux biss għalina, imma għall-komunità kollha,” temm jgħid il-Ministru Grima.

Maureen Amoroso ħabbret li l-KTI Achieve ġewwa Malta qed iħares ukoll ’l quddiem u jkompli jibni fuq il-pedamenti sodi li għandu dan il-programm f’Malta. Hija ħabbret il-programm Developing Resilience, “Illum mhux biss qed niċċelebraw dak li inkiseb, imma wkoll qed inħarsu ’l quddiem. Programm ġdid immirat lejn l-Iskejjel Medji. Programm li jgħin lill-istudenti isiru aktar reziljenti biex jaffaċċjaw l-isfidi emozzjonali u soċjali li jistgħu jinqalgħu f’età tant importanti għall-iżvilupp tagħhom.” 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI F’10 snin jibbenefikaw aktar minn 3,200 student bil-ħidma tal-King’s Trust International Achieve f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI F’10 snin jibbenefikaw aktar minn 3,200 student bil-ħidma tal-King’s Trust International Achieve f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI F’10 snin jibbenefikaw aktar minn 3,200 student bil-ħidma tal-King’s Trust International Achieve f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow