Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Minn żona abbandunata għal park ġdid għall-familji

pr252044
Date Icon 18/11/2025


Se jitħawlu 200 siġra ġdida biex jinħoloq dell fuq 3,100m² tas-sit

Medda ta' art abbandunata bejn Triq il-Kosta u żona residenzjali qrib Baħar iċ-Ċagħaq qed tinbidel fi spazju miftuħ. Il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli u l-Ministru għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi żaru x-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa f'din iż-żona.

Matul iż-żjara, il-Ministri kienu akkumpanjati minn membri tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar u t-tim ta' Project Green.

Dan l-ispazju miftuħ, li jkopri żona ta' 5,500m², se joffri taħlita ta' attivitajiet ta' divertiment u rilassament b'tagħmir għal-logħob adattat għal kull età. Is-siġar indiġeni eżistenti qed jiġu ppreservati, filwaqt li t-tħawwil ta' siġar ġodda se jsaħħaħ l-abitat endemiku Malti. B'kollox se jitħawlu 200 siġra ġdida.

Il-Ministru Dalli spjegat li dak li darba kien spazju abbandunat issa qed jiġi trasformat fi spazju miftuħ maħsub biex jilqa' l-familji, it-tfal, u nies minn kull qasam tal-ħajja. “Dan il-proġett huwa inizjattiva oħra biex minn art minsija u abbandunata nibdluha f'xi ħaġa li tassew taqdi lill-komunità. Il-viżjoni tagħna hija li nressqu n-natura eqreb lejn il-ħajja ta' kuljum tan-nies filwaqt li ntejbu l-esperjenza tal-komunità u l-ambjent tagħhom, u nsaħħu l-bijodiversità lokali tagħna. Billi nħawlu siġar u nintegraw karatteristiċi ġeoloġiċi naturali fid-disinn, qed niżguraw li dan l-ispazju miftuħ isir eżempju ħaj ta' kif ir-riġenerazzjoni urbana tista' tkun sostenibbli. Kburija b'dan il-proġett u nħares 'il quddiem biex nara lir-residenti jgawdu dan l-ispazju sabiħ ladarba jkun lest," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi spjega kif il-proġett f'Baħar iċ-Ċagħaq huwa parti minn proġett usa' ta' €24 miljun biex jiġu rriġenerati aktar spazji miftuħa pubbliċi u tissaħħaħ il-bijodiversità f'pajjiżna permezz tal-fondi Ewropej. Huwa spjega li dan l-investiment jikkumplimenta inizjattivi oħra li flimkien juru l-impenn tal-Gvern lejn Malta aktar ħadra u sostenibbli. “Permezz tal-fondi Ewropej, qed nibdlu żoni minsija jew mhux użati fi spazji ħodor, siguri u aċċessibbli li joffru kwalità ta' ħajja aħjar għall-familji tagħna u fl-istess ħin isaħħu l-ambjent u l-bijodiversità ta' pajjiżna," qal il-Ministru Zrinzo Azzopardi.

Is-siġar indiġeni li se jitħawlu huma mistennija jbiddlu kompletament id-dehra ta' din iż-żona hekk kif meta jikbru se jinħoloq dell naturali fuq 57% tas-sit, li jammonta għal aktar minn 3,100m² ta' spazju frisk u komdu għall-viżitaturi. Biex jikkumplimenta dan, għaddej xogħol fuq ġibjun tal-ilma ġdid, li se jipprovdi sistema ta' irrigazzjoni. Elementi sostenibbli, inkluż karatteristiċi li jaħdmu bl-enerġija solari, se jkunu parti minn dan l-ispazju miftuħ biex inaqqsu l-impatt tal-karbonju.

L-aċċessibilità tinsab fiċ-ċentru tad-disinn tal-park. Dan se jkun spazju inklużiv, b'tagħmir għal-logħob adattat għal kulħadd u żoni kwieti maħsuba biex kulħadd iħossu milqugħ.

Matul il-fażi tal-iskavar, sar monitoraġġ arkeoloġiku kontinwu biex jiġu salvagwardjati kwalunkwe karatteristiċi storiċi moħbija taħt l-art. Għalkemm kien hemm xi diffikultajiet waqt x-xogħlijiet tal-ġibjun minħabba ż-żonqor, porzjonijiet minn din il-formazzjoni naturali unika se jiġu ppreservati u integrati b'mod kreattiv fid-disinn finali tal-park.


Hekk kif l-iskavar wasal biex jitlesta u għaddej ix-xogħol fuq l-kostruzzjoni, il-proġett qed javvanza skont l-aspettattivi tal-komunità. Il-proġett huwa ffinanzajt permezz tal-Fondi tal-UE tal-Miżura 8.5 taħt il-Community Greening Grant u qed jitwettaq f'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali sabiex jirrifletti l-bżonnijiet u x-xewqat tar-residenti.

Ritratti: MEEC/MFI

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Minn żona abbandunata għal park ġdid għall-familji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Minn żona abbandunata għal park ġdid għall-familji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Minn żona abbandunata għal park ġdid għall-familji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow