Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI: Reviżjoni tar-Reġistru Elettorali għall-elezzjoni ġenerali

PR252043
Date Icon 18/11/2025


Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lil kull min kien kwalifikat biex ikun reġistrat bħala votant fit-30 ta' Settembru, 2025, dwar l-importanza li jiġu vverifikati li l-isem u l-partikolaritajiet qed jidhru fir-reġistru elettorali rivedut ippubblikat fil-31 ta' Ottubru, 2025.

Dawk il-persuni li saru ċittadini ta' Malta b'naturalizzazzjoni jew b'reġistrazzjoni u dawk li għandhom ċertifikat ta' ċittadinanza doppja għandhom id-dritt ikunu reġistrati bħala votanti f'dan ir-reġistru jekk, fit-30 ta' Settembru, 2025, kellhom il-kwalifiki meħtieġa skont il-Kostituzzjoni ta' Malta u skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354).  Għalhekk, dawn il-persuni huma mħeġġa jivverifikaw li jidhru bħala votanti fl-imsemmi reġistru.

Min ma ġiex inkluż f'dan ir-reġistru, avolja ma jkunx għamel applikazzjoni qabel lill-Kummissjoni Elettorali għal dan il-għan, jew li xi partikolaritajiet tiegħu kif jidhru fir-Reġistru jenħtieġu korrezzjoni, jista' jippreżenta appell lill-Uffiċjal Reviżur sa nhar il-Ġimgħa l-21 ta' Novembru, 2025, sabiex jitlob li ismu jiddaħħal f'dan ir-reġistru. Kull min jixtieq jippreżenta appell jista' jikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali, Ex Trade Fair Grounds, In-Naxxar jew mill-Uffiċċju Elettorali, Triq Ta' Wara s-Sur, ir-Rabat, Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow