Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Tnedija mill-ġdid tal-Post-Doctoral Fellowship Scheme

PR252040
Date Icon 17/11/2025

Skema li tkompli ssaħħaħ il-karrieri tar-riċerkaturi f'Malta

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti nieda l-Post-Doctoral Fellowship Scheme, programm nazzjonali li jkompli jsaħħaħ il-karrieri tar-riċerkaturi wara d-dottorat u li joħloq pont aktar b'saħħtu bejn id-dinja akkademika u s-settur ekonomiku.

Din l-iskema tnediet għall-ewwel darba fl-2022 u din hija t-tielet darba li qed terġa' titnieda, bħala parti mill-impenn tal-Gvern li jibni ekosistema tar-riċerka bbażata fuq l-eċċellenza, l-impatt u l-opportunità.

Matul id-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti spjega kif din l-inizjattiva tirrispondi direttament għax-xejriet globali fejn dejjem aktar riċerkaturi qed ikomplu l-proġetti tagħhom fi sħubija ma' intrapriżi. “Ir-riċerka hija karriera, u rridu noħolqu strutturi li jsaħħuha. Permezz ta' din l-iskema qegħdin noffru esperjenzi prattiċi fi ħdan l-industrija Maltija u nippreparaw ġenerazzjoni ta' riċerkaturi li mhux biss jaħsbu iżda joħolqu soluzzjonijiet reali. Dan huwa investiment dirett f'Malta li temmen fiż-żgħażagħ tagħha u li tiftaħ il-bibien tal-opportunità għal kulħadd."

Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li l-iskema tikkumplimenta l-prijoritajiet tal-Budget 2026 li jagħti valur lill-edukazzjoni avvanzata, lill-innovazzjoni u lill-iżvilupp tal-karrieri speċjalizzati. Huwa tenna li l-iskema hija impenn ċar ta' Gvern li jkompli jinvesti fl-għarfien, fl-eċċellenza u fir-reżiljenza ekonomika tal-pajjiż.

Min-naħa tiegħu, ir-Rettur tal-Università ta' Malta, il-Professur Alfred J. Vella, faħħar din l-iskema u rrikonoxxa r-rwol kruċjali tagħha fit-tisħiħ tal-ekosistema tar-riċerka. “Fl-Università aħna nkomplu ninvestu kontinwament fl-istudenti u r-riċerkaturi tagħna. Ir-riċerka hija, u se tibqa', prijorità ewlenija għall-Università – huwa permezz tagħha li noħolqu għarfien ġdid, nindirizzaw sfidi nazzjonali u globali, u nħejju l-ġenerazzjoni li jmiss ta' ħassieba u innovaturi. F'Marzu li għadda, 77 individwu ggradwaw b'dottorat ta' riċerka, kollha eliġibbli għal din l-iskema. Nistenna bil-ħerqa biex naraha twassal għal opportunitajiet ġodda li jsaħħu kemm il-karrieri akkademiċi tar-riċerkaturi tagħna kif ukoll l-ekosistema tar-riċerka f'Malta."

Ir-Rettur enfasizza wkoll kif id-domanda dejjem tikber għal opportunitajiet ta' riċerka avvanzata titlob aktar programmi bħal dan, li kapaċi jqawwu l-kompetittività tal-Università u jsaħħu r-rwol tagħha fuq livell Ewropew.

L-iskema, li tingħata permezz ta' kollaborazzjoni sħiħa bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, l-Università ta' Malta u l-Kamra tal-Kummerċ, se tkompli tagħti s-setgħa lir-riċerkaturi lokali biex ikomplu joħolqu soluzzjonijiet innovattivi ta' impatt għall-pajjiż.

Permezz ta' din l-iskema, Malta tkompli tissaħħaħ b'mod strateġiku bħala ċentru għar-riċerka avvanzata u l-innovazzjoni, u tibgħat messaġġ ċar li l-investiment fl-għarfien huwa investiment fil-futur ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Tnedija mill-ġdid tal-Post-Doctoral Fellowship Scheme
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Tnedija mill-ġdid tal-Post-Doctoral Fellowship Scheme
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Tnedija mill-ġdid tal-Post-Doctoral Fellowship Scheme
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow