Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Twettiq ta’ miżura elettorali: Il-Gvern ikompli jinvesti fil-portijiet tas-sajjieda

PR252039
Date Icon 17/11/2025

Jibdew ix-xogħlijiet infrastrutturali fil-port tal-Ġnejna, l-Imġarr

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, ħabbret il-bidu ta' proġett infrastrutturali fil-Port tal-Ġnejna, li jinkludi winch room u service pillar.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li beda dan il-proġett hekk kif kien wieħed mill-aktar mitluba minn komunità tas-sajd lokali. “Smajna lis-sajjieda tal-akkwati li talbu li jsir dan il-proġett. Permezz ta' dan ix-xogħol, mhux biss se nirrispondu għall-bżonnijiet tagħhom, iżda qed nagħtu wkoll sinjal ċar li l-komunitajiet kostali tagħna huma prijorità għalina."

“Is-sajjieda tagħna jiffurmaw parti essenzjali mill-wirt u l-identità marittima ta' pajjiżna. Bħala Gvern se nibqgħu determinati li nsaħħu dan is-settur permezz ta' infrastruttura moderna, servizzi ta' kwalità u viżjoni ċara għal futur sostenibbli. Ninsabu impenjati li nkomplu nwieġbu għall-prijoritajiet tas-sajd, għax settur tas-sajd b'saħħtu jsaħħaħ ukoll il-komunitajiet kostali u l-ekonomija tagħna b'mod reżiljenti," sostniet is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said. Hija rringrazzjat lid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura għall-ħidma kontinwa tagħhom, u l-kunsill lokali tal-Imġarr għall-koperazzjoni.

Id-Direttur għas-Servizzi tas-Sajd u l-Akwakultura, Dennis Sciberras, spjega, “Se jingħata bidu għax-xogħlijiet ta' winch room ġdida u service pillar hawn fil-Ġnejna. Dan il-proġett jirrifletti l-koperazzjoni u l-appoġġ kontinwu lejn is-settur tas-sajd f'Malta. Għal ġenerazzjonijiet sħaħ, il-komunitajiet kostali tagħna, minn Anchor Bay, l-Imġarr u l-Ġnejna, ilhom jiddependu fuq il-baħar għall-għajxien u l-identità tagħhom. Hemm total ta' 519 sajjied li għandhom liċenzja ta' MFA, MFB u MFC li se jibbenifikaw minn din il-winch room u service pillar."

Ix-xogħlijiet tal-winch room u service pillar fil-Ġnejna bdew din il-ġimgħa biex ikompli jsir titjib f'din iż-żona importanti għas-sajd. Dan il-pass mistenni jwassal għal titjib sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-sajjieda, kif ukoll fil-faċilitajiet għall-bastimenti żgħar li jużaw il-bajja tal-Ġnejna.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Twettiq ta’ miżura elettorali: Il-Gvern ikompli jinvesti fil-portijiet tas-sajjieda
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Twettiq ta’ miżura elettorali: Il-Gvern ikompli jinvesti fil-portijiet tas-sajjieda
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow