Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Iffirmat ftehim li jkompli jsaħħaħ l-appoġġ lejn ommijiet vulnerabbli

PR252038
Date Icon 17/11/2025

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kompla jsaħħaħ l-assistenza u l-finanzjament tiegħu lil NGOs illi jgħinu persuni vulnerabbli fil-komunità. Dan hekk kif ġie estiż ftehim soċjali bejn il-Ministeru Soċjali u l-Fondazzjoni Suret il-Bniedem, li tmexxi r-residenza Teresa Spinelli.

Dan il-ftehim speċifiku ser ikun qed jagħti serħan il-moħħ għat-tliet snin illi ġejjin, sabiex titmexxa din ir-residenza li tilqa' nisa, wħud minnhom bit-tfal. Din ir-residenza mhux biss isservi ta' xelter, iżda minnha jingħataw servizzi ta' saħħa inkluż dawk psikoloġiċi, kif ukoll assistenza soċjolegali, fost oħrajn.

Għal dan il-ftehim, ġew allokati mad-€985,500 fuq medda ta' tliet snin sabiex jingħata servizz soċjali b'saħħtu li jindirizza l-bżonnijiet ta' dawn il-persuni.

“Dawn il-ftehimiet huma xhieda ċara ta' kemm dan il-Gvern jemmen fil-potenzjal ta' kulħadd. Ma nistennewx sakemm dik il-persuna vulnerabbli tasal fi stat ta' periklu għal ħajjitha, iżda nintervjenu sabiex nipprevjenu l-konsegwenzi li jistgħu jiġu kkawżati," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tagħha, iċ-Chairperson ta' Fondazzjoni Suret il-Bniedem, Marique Sciberras, stqarret li din ir-residenza hija waħda minn ħamest idjar li tmexxi l-Fondazzjoni.

“Hawnhekk nagħmlu ċert li nassistu nisa u ommijiet bi problemi soċjali varji u kumplessi, u li kawża tagħhom, ikunu tilfu kollox. L-għan aħħari tagħna huwa  li ngħinuhom isibu posthom fis-soċjetà," temmet tgħid iċ-Chairperson ta' Fondazzjoni Suret il-Bniedem, Marique Sciberras

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Iffirmat ftehim li jkompli jsaħħaħ l-appoġġ lejn ommijiet vulnerabbli
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow