Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Malta b’riżultati pożittivi b’rabta mal-immigrazzjoni irregolari – mhux aktar meqjusa fost pajjiżi taħt pressjoni

pr252025
Date Icon 15/11/2025

- Pajjiżna mhux meqjus taħt pressjoni bħal pajjiżi oħra fil-Mediterran

- Il-wasliet f’Malta naqsu b’93% fuq 5 snin 

Malta m’għadhiex meqjusa bħala pajjiż taħt pressjoni fejn tidħol immigrazzjoni rregolari, hekk kif mhijiex mal-lista ta’ pajjiżi Mediterranji li l-Unjoni Ewropea ser tkun qiegħda tassisti b’rabta ma’ dan, skont l-EU Pact on Migration and Asylum addottat fis-sena 2024.

Dan ikompli jiċċertifika l-ħidma li wettaq dan il-Gvern biex illum is-sitwazzjoni hija taħt kontroll, tant li l-wasliet f’pajjiżna naqsu b’93% fuq ħames snin, u dan meta wieħed iqabbel il-wasliet irregolari tas-sena 2024 ma’ dawk tas-sena 2019. 

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri spjega kif il-politika iebsa ma’ min jabbuża u ħanina ma’ min għandu bżonn l-għajnuna qiegħda tħalli r-riżultati.

“Fl-2019, konna bħal dawn il-pajjiżi, konna taħt pressjoni għaliex in-numru ta’ wasliet irregolari kienu sinifikanti. Anke jekk saħħaħna r-relazzjoni mal-Libja, ir-raġuni effettiva li waslet għal tnaqqis kien il-fatt li Malta tipprattika politika ġusta tal-immigrazzjoni u li wara li ssalva lil kulħadd, tassisti lil min hu rifuġjat, iżda iebsa ħafna ma’ min jabbuża u jkun ritornat lejn il-pajjiż tal-oriġinu tiegħu jew tagħha.”

Spjega kif id-deċiżjoni li jitwaqqaf returns unit fi ħdan il-Ministeru wasslet biex f’dan is-settur tinbidel ir-rotta, għall-pożittiv.

“Dan wassal biex illum għandna fost l-ogħla rati ta’ ritorn lejn pajjiżi terzi, lejn il-pajjiż tal-oriġinu, rata li fl-aħħar snin żdiedet anke għal madwar 80%. Dan wassalna biex illum aħna mhux biss ta’ eżempju għal pajjiżi oħra imma wkoll mhux meqjusin bħala pajjiż li f’dan ir-rigward jeħtieġ għajnuna.”

Filwaqt li tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jwettaq aktar ħidma li tħalli r-riżultati mixtieqa, il-Ministru Byron Camilleri kkonkluda li dan ifisser li salvajna ħafna ħajjiet, għaliex qegħdin nindirizzaw it-traffikanti tal-bnedmin, id-deterrent ta’ ritorn qiegħed iwassal biex inqas nies jagħmlu vjaġġi riskjużi li jħaxxnu l-but tat-traffikanti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow