Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Aktar minn 10,000 persuna jattendu għall-attivitajiet li saru f’diversi ġonna u parks matul il-vaganzi tal-midterm

pr251973
Date Icon 06/11/2025

Matul il-vaganzi tal-midterm, ittellgħu 14-il attività f'numru ta' spazji miftuħa organizzati mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u l-entitajiet fi ħdanu.

Dawn l-attivitajiet, li ttellgħu bejn il-Ġimgħa 31 ta' Ottubru u t-Tlieta 4 ta' Novembru, ħolqu sensiela ta' avvenimenti sabiex il-familji jkollhom fejn imorru waqt li t-tfal kienu bil-vaganzi. Aktar minn 10,000 persuna attendew f'dawn attivitajiet bit-tfal jipparteċipaw fid-diversi attivitajiet li ttellgħu.

Bit-tema 'Merħba – aktar spazji miftuħa għalik' l-attivitajiet ittellgħu fil-Park tas-Salini, il-Buskett, fl-EcoHive Academy, fi Ġnien l-Iskultura, fil-Ġnien ta' fuq il-Glażiż, Minden Grove u l-Petting Farm f'Ta' Qali, il-Pjazza tal-Kalkara, fi Ġnien Spencer, Chadwick Lakes u f'Wied Inċita.

“Bħala Ministeru ridna noħolqu diversi attivitajiet għal dawn il-jiem u kien ta' sodisfazzjoni li dawn l-attivitajiet kollha kienu ta' suċċess enormi. Il-pjan tagħna huwa li nkomplu noħolqu aktar attivitajiet bħal dawn biex inressqu aktar familji u tfal lejn il-parks u l-ispazji miftuħa," qalet Dr Miriam Dalli, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika.

L-attivitajiet ittellgħu minn Project Green, Ambjent Malta, WasteServ, il-GHRC, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA) u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u kellhom l-għan li mhux biss joħolqu attivitajiet ta' divertiment, iżda kienu opportunità biex it-tfal jitgħallmu affarijiet ġodda – dwar l-ambjent, l-iskart, l-ikel, sports u anke dwar professjonijiet differenti. Dan filwaqt li ressaqna lil dawn il-persuni viċin l-ispazji miftuħa.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Aktar minn 10,000 persuna jattendu għall-attivitajiet li saru f’diversi ġonna u parks matul il-vaganzi tal-midterm
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Aktar minn 10,000 persuna jattendu għall-attivitajiet li saru f’diversi ġonna u parks matul il-vaganzi tal-midterm
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Aktar minn 10,000 persuna jattendu għall-attivitajiet li saru f’diversi ġonna u parks matul il-vaganzi tal-midterm
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Aktar minn 10,000 persuna jattendu għall-attivitajiet li saru f’diversi ġonna u parks matul il-vaganzi tal-midterm
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Aktar minn 10,000 persuna jattendu għall-attivitajiet li saru f’diversi ġonna u parks matul il-vaganzi tal-midterm
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow