Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Sapport finanzjarju lil Villa Chelsea li toffri servizzi marbuta mas-saħħa mentali

pr251971
Date Icon 06/11/2025

Il-Gvern kompla jsaħħaħ l-għajnuna lill-NGOs li jagħtu servizzi marbuta mas-saħħa mentali. Proprju l-Ħamis filgħodu ġie ffirmat ftehim soċjali bejn il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, flimkien ma' Villa Chelsea.

Dan il-ftehim jammonta għal €1,515,000 fuq perjodu ta' 3 snin, li jfisser żieda fl-investiment ta' aktar minn €700,000 fuq il-ftehim preċedenti.

Bis-saħħa ta' din il-kooperazzjoni, se jingħata servizz ta' 12-il sodda u 7,280 siegħa ta' Day Care għal persuni bi problemi ta' saħħa mentali. Aktar minn hekk jikkumplimenta l-ftehim ta' Supported Housing li ġie ffirmat ftit ġimgħat ilu.

“Dan huwa gvern li verament jinteressah mill-benesseri ta' kulħadd. Għalhekk ninvestu tant riżorsi u servizzi li jgħinu lill-persuni bi sfidi ta' saħħa mentali. Irridu naċċertaw li s-servizzi ta' saħħa mentali fil-komunità jkunu aċċessibbli u li jħeġġu aktar nies li qed jiffaċċjaw sfidi ta' saħħa mentali jersqu 'l quddiem lejn dawn is-servizzi", stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Il-ministru kompla jgħid li I-Gvern kontinwament jinvesti fi proġetti relatati mas-saħħa mentali, speċjalment dawk marbuta mar-riabilitazzjoni ta' persuni bi sfidi kroniċi ta' saħħa mentali. Għaldaqstant ftehimiet bħal dawn jassiguraw servizzi ta' supported living bħalma tipprovdi Villa Chelsea.

Servizzi bħal dawn jagħtu sens ta' empowerment lil dawn il-persuni u jassiguraw ukoll li kull persuna terġa' tikseb indipendenza waħidha u jkollha kontroll ta' ħajjitha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Sapport finanzjarju lil Villa Chelsea li toffri servizzi marbuta mas-saħħa mentali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Sapport finanzjarju lil Villa Chelsea li toffri servizzi marbuta mas-saħħa mentali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow