Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

PR251960
Date Icon 05/11/2025

L-E.T. Myriam Spiteri Debono tindirizza lill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, fi Strażburgu, fl-okkażjoni tal-75 sena tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Fl-indirizz tagħha, il-President irrimarkat kif matul dawn is-snin il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem “serviet bħala boxxla legali u morali tal-Ewropa, ankrat id-demokrazija, issalvagwardjat id-drittijiet, u tat identità komuni Ewropea msejsa fuq il-ġustizzja, ir-responsabbiltà u r-rispett reċiproku."

Waqt li rrikonoxxiet l-importanza u l-bidla li ġabu magħhom is-sentenzi tal-istess Qorti, inkluż għal Malta, il-President aċċennat li hi r-responsabbiltà ta' kulħadd, id-dmir tagħna, li niżguraw li l-importanza ta' din il-Qorti tkun priservata u msaħħa, biex “il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tibqa' tiżgura kontinent fejn il-liġi tirrenja fuq il-vjolenza, fejn id-drittijiet jipprevalu fuq it-terrur, u fejn id-dinjità għal wieħed, tfisser dinjità għal kulħadd."

Iċ-ċerimonja kienet indirizzata wkoll mill-President tal-ECHR, Mattias Guyomar, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, Alain Berset, u l-President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, Theodoros Rousopoulos.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow