Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Rappreżentanza Maltija fil-Forum ta’ Pariġi għall-Paċi 2025

PR251957
Date Icon 05/11/2025

Il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, irrappreżenta lil Malta fil-Forum ta' Pariġi għall-Paċi 2025, li sar fil-belt ta' Pariġi fi Franza. Din l-edizzjoni tal-forum kienet iddedikata għat-tema “New Coalitions for Peace, People and the Planet", u rat il-parteċipazzjoni ta' numru ta' mexxejja dinjija, fosthom il-President Franċiż Emmanuel Macron, u kapijiet ta' stati u ministri minn madwar id-dinja.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi ħa sehem fil-Konferenza Internazzjonali ta' Livell Għoli dwar l-Integrità tal-Informazzjoni u l-Midja Indipendenti, li kienet waħda mill-avvenimenti ewlenin tal-forum. Fid-diskors tiegħu, il-Ministru tenna l-impenn ta' Malta biex tkompli tippromwovi ambjent diġitali sigur, inklussiv u demokratiku, li jħares id-drittijiet tal-bniedem u jsaħħaħ il-fiduċja pubblika fl-informazzjoni.

Il-Ministru saħaq fuq il-ħtieġa ta' kooperazzjoni multilaterali biex jiġu indirizzati l-isfidi marbuta mad-diżinformazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali, u enfasizza r-rwol ta' pajjiżi żgħar bħal Malta li jservu ta' vuċi kostruttiva fil-qasam tal-governanza diġitali globali.

“Malta tibqa' impenjata li taħdem flimkien ma' pajjiżi oħra biex jinbena futur diġitali sigur u ġust, ibbażat fuq l-etika, il-fiduċja u d-demokrazija," qal il-Ministru Zrinzo Azzopardi fil-konklużjoni tal-intervent tiegħu.

Il-Forum ta' Pariġi għall-Paċi jservi bħala pjattaforma globali għall-koperazzjoni bejn stati, istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet biex jiġu diskussi sfidi globali bħad-difiża tad-demokrazija, it-tibdil fil-klima, u l-integrità tal-informazzjoni, b'mira li tissaħħaħ il-paċi u l-istabbiltà madwar id-dinja.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Rappreżentanza Maltija fil-Forum ta’ Pariġi għall-Paċi 2025
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Rappreżentanza Maltija fil-Forum ta’ Pariġi għall-Paċi 2025
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Rappreżentanza Maltija fil-Forum ta’ Pariġi għall-Paċi 2025
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow