Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta tibda żjara f’Londra u Strażburgu

PR251923
Date Icon 29/10/2025

Kmieni dalgħodu, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta' Malta, ħalliet pajjiżna għal Londra, fejn fost l-oħrajn se tiltaqa' mal-pazjenti Maltin li qed jingħataw it-trattament għall-kanċer u mard ieħor.

Matul iż-żjara tagħha, il-President se żżur ir-Royal Marsden Sutton Hospital, il-Great Ormond Street Hospital, u s-St. Bartholemew Hospital, li lkoll qed jospitaw pazjenti Maltin għat-trattament.

Il-President se tiltaqa' wkoll mas-Sorijiet Franġiskani li jassistu u jospitaw il-pazjenti Maltin f'Londra, u mal-uffiċjali tal-Fondazzjoni Puttinu Cares. Il-President Spiteri Debono se tattendi quddiesa flimkien mal-pazjenti u l-qraba tagħhom li jinsabu fl-appartamenti ta' Puttinu Cares f'Londra.

Il-programm uffiċjali tal-President f'Londra jinkludi wkoll attività mad-dijaspora Maltija fir-Renju Unit, organizzata mill-Kummissjoni Għolja ta' Malta għar-Renju Unit.

Matul din iż-żjara, il-President se tkun akkumpanjata minn uffiċjali tal-Presidenza, kif ukoll uffiċjali tal-Malta Community Chest Fund.

Minn Londra, nhar il-Ħadd 2 ta' Novembru, il-President u delegazzjoni ta' uffiċjali tal-Presidenza jivvjaġġaw lejn Strażburgu, għal sensiela ta' attivitajiet organizzati mir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Kunsill tal-Ewropa, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-75 anniversarju tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Fi Strasburgu, il-President ta' Malta se jkollha laqgħa bilaterali ma' Mattias Guyomar, il-President tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, qabel tindirizza lil din il-Qorti.

L-Eċċellenza Tagħha se tinawgura wkoll il-Malta Lounge fi ħdan il-European Youth Centre, u se tattendi għal kunċert tal-opra organizzat mir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Kunsill tal-Ewropa, fl-Opéra national du Rhin, bis-sehem tat-tenur Malti Joseph Calleja, il-vjolinist Carmine Lauri u diversi artisti oħra.

Il-President Myriam Spiteri Debono mistennija tirritorna Malta nhar l-Erbgħa 5 ta' Novembru. Waqt iż-żjara tal-President barra minn Malta, Dott. Helena Dalli se sservi bħala l-Aġent President.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow