Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Kariga ġdida ta’ Chief AI Officer fis-Servizz Pubbliku

PR251922
Date Icon 29/10/2025

Waqt konferenza organizzata mill-MITA bit-tema “Gvern Diġitali", is-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Tony Sultana, ħabbar illi s-Servizz Pubbliku se jkun qed jissoda l-istrutturi interni tiegħu bil-ħolqien ta' kariga ġdida ta' Chief AI Officer. Din se tkun kariga mill-iktar importanti fejn permezz tagħha se jkun qed isir il-kordinament kollu tal-proġetti kollha li jinvolvu l-intelliġenza artifiċjali fl-amministrazzjoni pubblika. Se jitwaqqaf ukoll AI Governance Group li se jkun jikkonsisti minn membri li ġejjin minn setturi differenti.

Il-Kap tas-Servizz Pubbliku, Tony Sultana, saħaq ukoll li l-intelliġenza artifiċjali ma tridx tkun biss għodda imma force multiplier li tgħin lis-Servizz Pubbliku biex jaqdi lill-pajjiż b'aktar effiċjenza. Huwa wera ruħu sodisfatt bil-Baġit nazzjonali għas-sena d-dieħla li se jkun qed iressaq l-intelliġenza artifiċjali għand il-poplu kollu b'korsijiet u abbonamenti għal servizzi tal-IA b'xejn. Huwa ħeġġeġ lill-uffiċjali preżenti għal din il-konferenza biex jieħdu ħsieb u jrawmu lill-impjegati żgħażagħ li għandna fi ħdanna, li skontu huma “digital by birth", bla paċenzja biex ibiddlu u ma jibżgħux mit-teknoloġija. “Biex ikollna Gvern diġitali, ma għandniex nikkuntentaw bl-istatus quo. Irridu nħallu legat għax bħala amministrazzjoni pubblika lesti mmexxu anke f'dan il-qasam," temm jgħid Sultana.

Min-naħa tiegħu, Emanuel Darmanin, il-Kap Eżekuttiv tal-MITA, enfasizza l-importanza li s-settur pubbliku u l-MITA jkomplu jaħdmu aktar flimkien, sabiex b'aktar użu tad-diġitalizzazzjoni nżidu l-valur u l-effiċjenza fl-għoti tas-servizzi liċ-ċittadin u n-negozji. Diġà, bħala pajjiż qed nilħqu riżultati ferm pożittivi fl-indiċi Ewropej, u b'ħidma iktar sfiqa flimkien nistgħu nkomplu mexjin 'il quddiem. B'hekk, apparti li nagħtu valur iktar lill-klijenti tagħna, nistgħu nagħmlu l-amministrazzjoni pubblika ta' Malta xempju u mudell ta' eċċellenza fejn tidħol id-diġitalizzazzjoni, mhux biss fuq livell Ewropew, iżda wkoll mal-bqija tad-dinja.

Il-MITA organizzat din il-konferenza “Gvern Diġitali" biex tiffoka fuq temi kruċjali bħall-interoperabilità, is-sigurtà ċibernetika u l-intelliġenza artifiċjali (IA) fil-kuntest tal-amministrazzjoni pubblika. Il-konferenza kellha l-interventi minn esperti lokali, internazzjonali u rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea.

Claudia Oliveira mill-Kummissjoni Ewropea spjegat kif l-inizjattiva Interoperable Europe qed tiffaċilita governanza aktar konnessa u effiċjenti madwar l-Istati Membri.

Jonathan Cassar, Kap għas-Sigurtà tal-Informazzjoni tal-MITA, iddeskriva l-isfidi u l-prattiċi tajbin relatati mar-reżiljenza ċibernetika, filwaqt li Dr Josianne Cutajar, eks Membru tal-Parlament Ewropew, iddiskutiet il-qafas regolatorju tal-IA u l-opportunitajiet li dan joħloq għas-settur pubbliku.

Matul id-diskussjoni bit-tema “Data u AI: Il-Futur tal-Gvern", il-parteċipanti qasmu esperjenzi u perspettivi dwar kif id-data u l-IA jistgħu jintużaw b'mod strateġiku biex jitjiebu s-servizzi pubbliċi u tissaħħaħ il-governanza intelliġenti.

Wara s-sessjoni tal-plenarja, id-delegati ħadu sehem f'diversi workshops tekniċi. Dawn koprew oqsma ewlenin fosthom is-sigurtà ċibernetika, id-data u l-interoperabilità, u t-teknoloġiji tal-cloud. Dawn il-workshops offrew għarfien prattiku dwar kif jiġu indirizzati r-riskji fis-supply chain, il-prijoritajiet teknoloġiċi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, u t-tendenzi globali fl-użu tal-IA fis-settur pubbliku.

Il-konferenza għaqqdet il-kollaborazzjoni bejn l-entitajiet pubbliċi, ħeġġet l-ideat innovattivi u saħħet il-viżjoni ta' Malta bħala pajjiż impenjat biex ikun fuq ta' quddiem fil-qasam tat-trasformazzjoni diġitali u l-governanza intelliġenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow