Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Sostenn lin-negozju biex igawdi l-ħaddiem

pr251921
Date Icon 28/10/2025

Ekonomija b’saħħitha hija dik li jgawdu minnha l-familji u li tassigura futur b’saħħtu għal uliedna, b’waħda mill-aspetti fundamentali ta’ dan hija xogħol ta’ kwalità b’kundizzjonijiet mill-aqwa. Huwa għalhekk li l-Gvern fil-budget imħabbar għall-2026, għal darb’oħra qiegħed isaħħaħ il-ħaddiem Malti. 

Dan ħareġ ċar fi żjara li għamlu l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul fil-fabbrika ta’ Neriku Caterers. Kumpanija Maltija li tforni lill-klijenti b’ikel għal avvenimenti differenti. 

Kumpanija li llum tħaddem aktar minn 130 ħaddiem, li l-maġġoranza tagħhom huma Maltin li ilhom snin jaħdmu mal-istess kumpanija. F’diskussjoni mal-ħaddiema, il-Ministru Byron Camilleri qal li dan huwa xhieda ta’ kif meta wieħed jinvesti fil-ħaddiem igawdi minn ħaddiema ta’ kwalità filwaqt li jgawdu l-familji. Spjega kif kien dan il-ħsieb wara l-miżura li ser tkun qiegħda tagħti appoġġ għaż-żieda fis-salarji u t-taħriġ tal-ħaddiema. 

Skema ġdida li biha l-Gvern qed iħeġġeġ in-negozji jżidu s-salarji ta’ ħaddiema li ilhom mal-kumpanija mill-inqas 4 snin. Il-Gvern ser jagħti sussidju ta’ 65% taż-żieda, sa €780 f’Malta u 80% taż-żieda, sa €960 f’Għawdex. Bl-għan li filwaqt li tiġi ppremjata l-bżulija, jinżammu l-ħaddiema b’esperjenza, jiġu mħarrġa aktar u jiżdiedu l-pagi fis-settur privat, bħalma diġà sar fis-Settur Pubbliku. 

Il-Ministru Byron Camilleri spjega kif din il-miżura timxi pari passu mal-għan tal-Malta Labour Migration Policy li l-implimentazzjoni tagħha tħares lejn stabbiltà fis-suq tax-xogħol. Li filwaqt li nifhmu li hemm oqsma li jeħtieġu ħaddiema minn pajjiżi terzi, anke għax dan hu pajjiż li l-popolazzjoni tiegħu qed tixjieħ, u b’rata ta’ fertilità baxxa. Nafu wkoll li ma jagħmel ebda sens li jkollna min iħaddem b’mudell li jġib ħaddiema minn pajjiżi terzi mingħajr ma jiffoka fuq il-kundizzjonijiet u l-ħiliet tal-ħaddiema eżistenti. Għalhekk, qal il-Ministru, qegħdin nippremjaw lil min iżomm il-work force li għandu u mhux min il-ħin kollu jneħħi l-ħaddiema biex iġib oħrajn ġodda. 

Fil-fatt, bil-miżuri mħabbra,  min ineħħi n-nies bl-addoċċ biex il-ħin kollu jġib oħrajn qiegħed iħallas prezz, inkluż billi jkollu permessi għall-ħaddiema ġodda mwaqqfa. Filwaqt, li dawk li huma ta’ eżempju fis-suq qegħdin jiġu ppremjati anke bi skemi bħal dawn, hekk kif paga aqwa tagħmel lin-negozju aktar attraenti għall-ħaddiem. 

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul qal li dan huwa eżempju ċar ta’ kif il-Gvern qed jaħdem biex ikompli jsaħħaħ lil min iħaddem u lill-ħaddiema. Żied jgħid li politika ta’ suċċess mhix dik li twiegħed kollox lil kulħadd, iżda li toħloq bilanċ bejn il-bżonnijiet tan-negozji u tal-ħaddiema, filwaqt li rrimarka li meta l-ħaddiem ikun motivat, dan iwassal għal żieda fil-produttività.

Is-Segretarju Parlamentari Ellul żied jgħid li l-Gvern qed jagħti sinjal ċar lin-negozji Maltin biex jinvestu fit-talent lokali, fil-ħiliet u fil-benesseri tal-ħaddiema tagħhom. Temm jgħid li dan hu l-mod kif nibnu ekonomija ta’ kwalità – fejn it-tkabbir ekonomiku jħalli effett dirett fuq il-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin.

Karl Zammit, id-Direttur ta’ Neriku Caters, esprima sodisfazzjon għall-miżuri mħabbra fil-Budget li ser ikunu qegħdin jgħinuh ikompli jinvesti fil-ħaddiema tiegħu. Sostna li ħaddiem b’kundizzjonijiet aqwa u f’ambjent tax-xogħol adegwat ifisser servizz aqwa għall-Maltin u l-Għawdxin. Innota wkoll kif fl-aħħar snin, l-ambjent ekonomiku ta’ pajjiżna kien art fertili biex in-negozji jkomplu jissaħħu u joffru l-aqwa opportunitajiet lill-Maltin. 

B’dan kollu huwa xhieda ta’ kif dak miktub iswed fuq l-abjad jingħata l-ħajja fl-esperjenzi tal-familji u n-negozji.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Sostenn lin-negozju biex igawdi l-ħaddiem
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow