Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Il-pensjonanti fost dawk li l-aktar gawdew mill-Budget 2026

pr251918
Date Icon 28/10/2025

Il-Gvern ħabbar il-ħdax-il żieda fil-pensjonijiet u aktar miżuri li jkomplu jagħtu sostenn akbar għall-anzjani. Fil-fatt madwar 100,000 pensjonant se jibbenefikaw minn żieda ta’ mill-inqas €10 fil-ġimgħa, żieda li  hija aktar mid-doppju taż-żieda għall-għoli tal-ħajja (COLA). 

Aktar minn hekk, xejn minn din iż-żieda mhu se tkun taxxabbli, xi ħaġa li ndrat taħt dan il-Gvern. Politika deskritta bħala waħda li tagħti garanzija u serħan il-moħħ lill-pensjonanti u l-anzjani kollha.

Dan kien is-sentiment ewlieni li ħareġ waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea.

Il-Ministru Michael Falzon qal li din iż-żieda tikkomplementa oħrajn fis-snin preċedenti, li raw lill-pensjonanti jiżdiedu minn tal-inqas, aktar minn €70 fil-ġimgħa. Dan filwaqt li saħaq illi ż-żieda  fil-pensjoni ta’ din is-sena m’hijiex miżura individwali, iżda magħha hemm numru t’inizjattivi oħra, li ser ikomplu jagħmlu d-differenza fil-ħajja tal-pensjonanti.

‘‘Nemmnu bis-sħiħ fil-pensjonanti, li sena wara oħra konna hemm għalihom sabiex inkomplu nsaħħu l-kwalità tal-ħajja tagħhom. Il-pensjonanti huma l-qalb u r-ruħ soċjali ta’ dan il-pajjiż. Għaldaqstant komplejna ngħinu lill-persuni romol, neżentaw mill-ġdid il-pensjonanti mit-taxxa, titjib fil-pensjoni għall-persuni miżżewġa u pensjonanti tas-servizz,” stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea saħaq li l-messaġġ ta’ dan il-Gvern huwa wieħed ċar u sod: l-anzjani jixirqilhom mhux biss rispett u dinjità, iżda wkoll investiment konkret f’kull fażi ta’ ħajjithom. “Qed inżidu l-għajnuna, intejbu s-servizzi, u ninvestu fis-saħħa, fis-sigurtà u fl-indipendenza tagħhom. Fejn hemm anzjan, hemm valur, u dan il-Gvern se jibqa’ jagħti valur lill-ħajja ta’ kull anzjan,” stqarr Agius Galea.

Is-Segretarju Parlamentari Agius Galea tkellem ukoll dwar l-għotja li titħallas lill-anzjani ser tiżdied b’€75 biex tilħaq €425 għal dawk fl-età ta’ bejn 75 u 79 sena, u €525 għal persuni fl-età ta’ 80 sena u akbar. Dan filwaqt li saħaq li mis-sena d-dieħla meta ż-żewġ membri tal-koppja jkunu għal kura f’San Vinċenz jew xi dar oħra, minflok 60% jitnaqqsilhom 50% mid-dħul totali waqt li fejn illum japplika tnaqqis ta’ 80% se jibda jitnaqqsilhom 70%.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Il-pensjonanti fost dawk li l-aktar gawdew mill-Budget 2026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Il-pensjonanti fost dawk li l-aktar gawdew mill-Budget 2026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Il-pensjonanti fost dawk li l-aktar gawdew mill-Budget 2026
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow