Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Konferenza CTRL+ESC 2025: Malta bħala ċentru diġitali għall-innovazzjoni u t-teknoloġija

PR251911
Date Icon 25/10/2025

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti indirizza l-konferenza CTRL+ESC 2025, avveniment ewlieni fid-dinja diġitali li laqqa’ flimkien mexxejja tal-industrija, riċerkaturi, intraprendituri u professjonisti tat-teknoloġija.

Din il-konferenza, li ġiet deskritta bħala waħda mill-aktar pjattaformi prestiġjużi għall-ekosistema tat-teknoloġija f’Malta, saret spazju essenzjali għal komunità diġitali li dejjem tikber u lesta biex tikkollabora, taqsam l-ideat u toħloq sinerġiji ġodda bejn talent lokali u l-innovazzjoni globali.

Waqt id-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti faħħar ix-xogħol li sar biex dan l-ispazju joffri pjattaforma għal professjonisti sabiex jitkellmu u jaqsmu il-ħsibijiet tagħhom. Dan ukoll huwa xhieda ta’ kif Malta qed tpoġġi lilha nfisha fil-qalba tal-innovazzjoni diġitali Ewropea.

“Il-konferenza CTRL+ESC mhijiex biss laqgħa ta’ professjonisti iżda hija dikjarazzjoni ta’ intenzjoni li Malta hi lesta tmexxi, tinnova u tkompli tkun fuq quddiem nett fil-qasam diġitali. Permezz ta’ inizjattivi bħal dawn, qed inwasslu lil pajjiżna biex ikun pajjiż konness, sigur u kompetittiv,” qal is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti.

Is-Segretarju Parlamentari spjega kif il-viżjoni nazzjonali, Malta Vision 2050, tpoġġi d-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni fil-qalba tal-politika soċjali u ekonomika tal-pajjiż, permezz ta’ industriji sostenibbli, governanza intelliġenti, u sistemi edukattivi moderni.

Il-konferenza CTRL+ESC tkompli tikkonferma dan l-impenn, billi tgħaqqad mexxejja internazzjonali minn kumpaniji ewlenin bħal Microsoft, Amazon, Google u NVIDIA ma’ komunità lokali li qed tħaddan il-bidla u l-innovazzjoni.

Din l-inizjattiva tikkontribwixxi għal Malta aktar konnessa u lesta għall-futur, fejn it-teknoloġija sservi bħala forza li tgħaqqad in-nies, tibni fiduċja u tħeġġeġ il-kuraġġ biex ninnovaw bla biża’, pass ieħor lejn ekonomija b’saħħitha u futur għal uliedna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow