Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Tibda d-diskussjoni fuq ir-‘Right to Disconnect’ b’mira li titressaq għal konsultazzjoni pubblika

PR251905
Date Icon 24/10/2025

Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul nieda diskussjoni dwar ir-Right to Disconnect, jew id-dritt li wara l-ħin tax-xogħol, il-ħaddiem jaqta' mix-xogħol u jqatta' ħin ta' kwalità mal-familja. Dan il-kunċett għandu jassigura bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik personali tal-ħaddiema Maltin.

Dr Ellul għamilha ċara li dan huwa biss il-punt tat-tluq, u għalhekk wieħed għandu jassigura li fl-ispirtu tad-djalogu soċjali, Malta issib il-mudell li jagħmel sens għaliha.

Din id-diskussjoni se twassal għal konsultazzjoni pubblika sabiex il-Gvern jisma' direttament lill-ħaddiema, lil min iħaddem, lill-imsieħba soċjali, u aktar importanti minn hekk, lill-familji. Qal li l-għan hu li jinħoloq qafas bilanċjat, adattat għar-realtajiet lokali.

Waqt il-konferenza, Dr  Ellul ħabbar ukoll li se jkun qed jagħmel talba lill-MCESD biex dan is-suġġett jiġi diskuss fil-jiem li ġejjin, bħala l-ewwel pass lejn djalogu soċjali strutturat dwar kif din il-miżura tista' titwettaq b'mod effettiv u sostenibbli għall-benefiċċju ta' kulħadd.

“L-isfida li għandna quddiemna llum, mhijiex jekk għandniex nirrikonoxxu r-Right to Disconnect – li dalwaqt ser ikollna liġi Ewropea dwaru – iżda b'liema mudell se nkunu qed nagħmlu dan sabiex nilħqu bilanċ li jagħmel sens għal pajjiżna," saħaq Dr Ellul.

Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul  temm jgħid li b'dan il-mod, bi djalogu miftuħ, Malta kapaċi terġa' tkun leader f'dawk li huma deċiżjonijiet dwar id-dinja tax-xogħol. Qal li fix-xhur li ġejjin irid li jara djalogu nazzjonali dwar dan is-suġġett anke f'kuntest aktar wiesa' ta' kif il-pajjiż jista' jkompli jsaħħaħ il-work-life balance u favur aktar family-friendly measures fuq il-post tax-xogħol.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rebecca Buttigieg saħqet li l-konferenza tal-lum serviet bħala opportunità sabiex tiġi diskussa l-importanza tar-Right to Disconnect mal-imsieħba soċjali, diskussjoni li qed issir ukoll fuq livell Ewropew.

“F'Malta ilna nitkellmu dwar il-bżonn li jkollna bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja, u issa din id-diskussjoni tinsab fuq nett tal-aġenda nazzjonali, imxettla mill-għarfien li kiber b'mod sinifikanti dwar l-importanza ta' dan il-bilanċ. Bħala pajjiż modern u Ewropew, nemmen li Malta għandha ssegwi u timxi fuq ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar dan id-dritt, kif ukoll fuq diversi direttivi u liġijiet Ewropej li, għalkemm ma jinkludux referenza diretta għar-Right to Disconnect, huma kollha intiżi biex jissalvagwardjaw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, kif ukoll id-dritt għal bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Buttigieg.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Tibda d-diskussjoni fuq ir-‘Right to Disconnect’ b’mira li titressaq għal konsultazzjoni pubblika
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow