Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ippubblikat ir-rapport Ewropew dwar is-sitwazzjoni tal-alkoħol u d-droga fost l-adoloxxenti

pr251883
Date Icon 22/10/2025

F’konferenza organizzata mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) ingħata ħarsa lejn ir-rapport il-ġdid ippubblikat tal-European School Survey Project on Alcohol and other Drugs (ESPAD). Dan ir-rapport jagħti ħarsa komprensiva lejn l-imġiba u l-attitudni ta’ studenti ta’ bejn il-15 u s-16-il sena fuq sustanzi varji u fuq attivitajiet diġitali bħall-użu tal-midja soċjali. 

Fi stħarriġ li sar is-sena l-oħra, fost 2,880 student madwar Malta u Għawdex, fost oħrajn ħareġ li 74% tal-istudenti rrappurtaw li qatt ma xorbu alkoħol f’ħajjithom. Mill-istħarriġ ħareġ ukoll li 26% tal-istudenti għamlu użu minn e-cigarettes u 16% pejpu sigarett normali. 

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon tkellem dwar xejriet li ħarġu minn dan l-istudju u sostna li l-Gvern kontinwament jinvesti f’kampanji t’għarfien fl-iskejjel sabiex jeduka u jispjega l-konsegwenzi negattivi ma’ kull vizzju.

“Irridu nkomplu nuru l-vizzji mhux soluzzjoni, anzi huma biss ċiklu negattiv li jwaħħlu persuna milli tiffunzjona. Kommessi li nkomplu nsaħħu l-prevenzjoni sa’ minn etajiet żgħar fejn jidħol dan il-qasam sensittiv,” saħaq il-Ministru Michael Falzon. 

Dan l-istudju u stħarriġ normalment isir kull erba’ snin, u ilu jsir mill-1995 fost 37 pajjiż differenti. Fl-istudju internazzjonali, b’kollox ipparteċipaw 113,882 student li rrispondew mistoqsijiet mingħajr ma kixfu l-identità tagħhom. Din hi t-30 sena li qed isir dan l-istudju fost l-adoloxxenti minn madwar l-Ewropa u f’dawn is-snin, ipparteċipaw aktar minn 800,000 student. 

Ir-rapport internazzjonali sħiħ jinsab fuq is-sit www.espad.org.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ippubblikat ir-rapport Ewropew dwar is-sitwazzjoni tal-alkoħol u d-droga fost l-adoloxxenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ippubblikat ir-rapport Ewropew dwar is-sitwazzjoni tal-alkoħol u d-droga fost l-adoloxxenti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow