Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tmexxi Djalogu Ewropew dwar il-Ġustizzja diġitali u s-Saltna tad-Dritt fil-laqgħa Strateġika tas-CEPEJ

PR251872
Date Icon 21/10/2025

Malta rriaffermat il-pożizzjoni tagħha bħala pajjiż rikonoxxut għat-tmexxija tiegħu tar-riforma tal-Ġustizzja u s-Saltna tad-Dritt fl-Ewropa. Dan hekk kif ospitat il-laqgħa konġunta storika tal-Kummissjoni Ewropea għall-effiċjenza tal-Ġustizzja (CEPEJ).

Din il-konferenza bit-tema 'Towards More Effective and People-Centred Digitalised Justice in Europe: Facing Future Challenges': ġabet flimkien għall-ewwel darba l-working groups  kollha tas-CEPEJ u l-Bureau f'forum wieħed magħqud. Din il-laqgħa importanti ġiet imtellgħa b'mod konġunt bejn il-Ministeru tal-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni u s-CEPEJ tal-Kunsill tal-Ewropa, tirrifletti l-impatt pożittiv u l-kredibbilità ta' Malta li kulma jmur qegħdin dejjem iżidu fil-formazzjoni tal-futur tal-Ġustizzja madwar l-Ewropa.

Fl-indirizz tal-ftuħ tiegħu, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard, laqa' lid-delegati u rrikonoxxa l-istorja legali b'saħħitha u r-reżiljenza demokratika ta' Malta. Dr Attard iddeskriva r-reputazzjoni ta' Malta fil-qasam tal-ġustizzja bħala waħda mibnija fuq il-fiduċja, l-innovazzjoni, u impenn sod lejn il-kooperazzjoni Ewropea.

Il-Ministru Attard tkellem dwar il-mixja trasformattiva ta' Malta fir-riforma tal-ġustizzja, b'mod partikolari fl-isfera diġitali. Huwa nnota li r-riformi ta' Malta mhumiex sempliċiment titjib tekniku, iżda sforzi strateġiċi biex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali, it-trasparenza, u l-fiduċja pubblika. Permezz tas-sħubija tagħha mal-CEPEJ, Malta żviluppat u qed timplimenta Strateġija għall-Ġustizzja diġitali u Pjan ta' Azzjoni bil-għan li l-Ġustizzja ssir aktar aċċessibbli, inklużiva, u li verament tirrispondi għall-ħtiġijiet taċ-ċittadin.

Il-Ministru faħħar ukoll it-tmexxija tal-Imħallef Malti Francesco Depasquale, u ddeskrivieh bħala riflessjoni tal-impenn dejjiemi ta' Malta għall-għanijiet tal-CEPEJ. Enfasizza li Malta tħaddan bi kburija l-irwol tagħha u mhux biss qiegħda tospita, iżda hija msieħba u kontributur attiv għall-missjoni tas-CEPEJ. Dan filwaqt li kkonferma mill-ġdid il-pożizzjoni ta' pajjiżna bħala forza ewlenija għar-riforma tal-Ġustizzja u l-valuri demokratiċi tagħha madwar l-Ewropa.

Matul il-jum, id-delegati pparteċipaw fit-tfassil tal-Istrateġija ta' ħidma għall-erba' snin li ġejjin (2026–2029) tas-CEPEJ u l-programm ta' attivitajiet għas-sentejn li ġejjin (2026–2027). Dawn id-diskussjonijiet indirizzaw ukoll il-ħtiġijiet li qed jevolvu fis-settur tal-Ġustizzja, inkluż il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-professjonisti legali, suġġetti meqjusin dejjem aktar bħala essenzjali għal riformi sostenibbli.

Indirizza wkoll din il-laqgħa l-Imħallef Francesco Depasquale , President tas-CEPEJ kif ukoll Daniele Cangemi, Kap tad-Diviżjoni tal-Liġi u l-Politika dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-Kunsill tal-Ewropa. Fl-interventi tagħhom huma rringrazzjaw il-Ministeru għall-Ġustizzja għall-kollaborazzjoni kontinwa mal-Kunsill tal-Ewropa u s-CEPEJ filwaqt li saħqu dwar l-importanza tad-djalogu, l-innovazzjoni, u l-valuri komuni fit-tisħiħ tal-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji madwar l-Ewropa.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tmexxi Djalogu Ewropew dwar il-Ġustizzja diġitali u s-Saltna tad-Dritt fil-laqgħa Strateġika tas-CEPEJ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tmexxi Djalogu Ewropew dwar il-Ġustizzja diġitali u s-Saltna tad-Dritt fil-laqgħa Strateġika tas-CEPEJ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tmexxi Djalogu Ewropew dwar il-Ġustizzja diġitali u s-Saltna tad-Dritt fil-laqgħa Strateġika tas-CEPEJ
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow