Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Sebat ijiem leave għall-ġenituri li jitilfu wild minuri

PR251860
Date Icon 20/10/2025

F'konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul ħabbar id-dettalji tal-bereavement leave għall-ġenituri li jitilfu wild, li permezz ta' din l-emenda legali se jkunu qed jingħataw sebat ijiem leave, applikabbli mill-1 ta' Jannar li ġej.

Dr Ellul spjega li din se tkun qed tapplika għal kull tip ta' ħaddiem inkluż dawk full-time, part-time, u anke self-employed. Dawk full-time se jitħallsu l-paga sħiħa, dawk part-time se jitħallsu pro-rata, filwaqt li dawk self-employed se jitħallsu l-paga medjana, jew ftit aktar mid-doppju tal-paga minima nazzjonali. Dan il-leave se jkun qed japplika wkoll għall-koppji tal-istess sess.

Fl-aħħar għaxar snin, żied jgħid Dr Ellul, kien hemm medja ta' tletin każ fis-sena ta' ġenituri li tilfu wild taħt l-età. Kompla jgħid li dwar din il-miżura diġà kkonsulta mal-imsieħba soċjali, u anke ntlaħaq qbil dwarha.

Is-Segretarju Parlamentari Ellul żied jispjega li l-introduzzjoni ta' din il-miżura mhu se titfa' ebda piż finanzjarju fuq min iħaddem għaliex il-ġranet addizzjonali se jkunu mħallsa mill-Gvern, filwaqt li dawk li jgħaddu minn din l-esperjenza xejn sabiħa se jkollhom iċ-ċans li jsibu saqajhom u jibdew jirkupraw ftit mit-trawma li jkunu għaddew minnha. Is-Segretarju Parlamentari għamilha ċara iżda illi l-ebda ammont ta' leave ma jista' jħassar l-uġigħ li jgħaddu minnu dawn il-ġenituri.

Dr Ellul żied jispjega li din l-emenda se tibgħat messaġġ li fl-aktar mumenti mudlama, is-soċjetà Maltija qiegħda hemm għal dawk il-ġenituri u tirrifletti Gvern li jisma', li jirrikonoxxi l-esperjenzi umani u li jdawwar l-empatija f'azzjoni.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Sebat ijiem leave għall-ġenituri li jitilfu wild minuri
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow