Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI 13-il santwarju tal-annimali jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja

PR251858
Date Icon 20/10/2025

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, ħabbret li għas-seba' sena konsekuttiva, il-Gvern nieda l-iskema 'Free Vet Services to NGOs' bil-għan li s-santwarji tal-annimali eliġibbli jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja.

Hija spjegat li għal din is-sena, id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali rċieva 13-il applikazzjoni għal din l-iskema, fejn kollha kienu eliġibbli li jibbenefikaw. “Għal sena oħra s-santwarji tal-annimali se jkunu qed jerġgħu jibbenefikaw minn din l-iskema tant bżonjuża. 13-il santwarju se jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja li tammonta għal madwar €75,000, għaliex nifhmu l-ġid li qed jagħmlu l-voluntiera u nixtiequ nkomplu ngħinuhom. Dan huwa xhieda ta' Gvern li verament iqis is-settur tal-volontarjat fil-qasam tal-annimali bħala wieħed importanti."

Is-Segretarju Parlamentari kompliet tispjega li apparti dan l-investiment, qed titwettaq wegħda elettorali oħra fejn għaddejja skema għas-santwarji tal-annimali sabiex jingħataw għajnuna fuq manutenzjoni fis-santwarji. “Bħala Gvern napprezzaw ix-xogħol kbir li qed isir minn dawn il-voluntiera li jwettqu dan kollu għax verament iħobbu l-annimali. Dawn it-tip ta' skemi kommessi li nkomplu noħorġuhom sabiex nibqgħu nagħtu appoġġ u għajnuna lil dan is-settur," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

Id-Direttur għall-Ħarsien tal-Annimali, Joseph John Vella, spjega li din l-iskema rat 13-il applikazzjoni mingħand santwarji tal-annimali u dawk is-santwarji liċenzjati eliġibbli se jkunu qed jibbenefikaw minn rati ta' €45 għall-klieb u l-qtates, filwaqt li hemm ir-rata ta' €180 għal kull żiemel. Wara li ġew konklużi l-verifiki neċessarji, jidher li l-investiment globali għal din l-iskema se jkun qed jaqbeż il-€75,000.

It-13-il santwarju tal-annimali li se jibbenefikaw mill-iskema 'Free Vet Services to NGOs' huma:

  • Animal Care Malta
  • Association for Abandoned Animals (AAA)
  • Carers for Stray and Abandoned Felines (CSAF)
  • Cats and Dogs Shelter
  • Dreams of Horses
  • Gozo SPCA
  • Island Sanctuary Association
  • Love for Strays
  • MSPCA
  • National Cat Society (Tomasina Cat Sanctuary)
  • Noah's Ark
  • RMJ Horse Rescue
  • Stray Animals Support Group (SASG)
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI 13-il santwarju tal-annimali jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow