Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tisbiħ fil-faċilitajiet sportivi ta’ Luqa St Andrew’s F.C minn id il-Public Works

PR251855
Date Icon 19/10/2025

Fl-aħħar xhur, fil-faċilitajiet sportivi ta’ Luqa St Andrew’s F.C. Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wettaq numru ta’ xogħlijiet ta’ tisbiħ bil-għan li t-tfal li jattendu f’din in-Nursery jipprattikaw il-logħba tal-ballun f’ambjent isbaħ u aktar sigur. 

Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia rrimarka kif dawn ix-xogħlijiet f’din in-nursery, jingħaqdu ma’ għexieren ta’ proġetti oħrajn li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, fl-aħħar sena wettaq f’numru ta’ għaqdiet sportivi madwar Malta. 

“Huwa ta’ sodisfazzjon li nara daqstant għaqdiet, voluntiera u tfal jibbenifikaw mill-ħidma mwassla minn id il-Public Works, ħidma li permezz tagħha l-Gvern qiegħed ikompli jsaħħaħ lill-għaqdiet volontarji u jibgħat messaġġ b’saħħtu li ser ikompli jipproteġi s-servizz li jwasslu lill-eluf ta’ benefiċċjarji,” ikkonkluda Farrugia. 

Il-President ta’ Luqa St Andrew’s F.C. Dr Evan Camilleri, irringrazzja lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi li emmen fil-proġett tan-Nursery kif ukoll fl-isport inġenerali.  

Trustin Farrugia Cann, il-Viċi-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol (MFA) irrimarka kif dawn ix-xogħlijiet huma ta’ importanza kbira għall-isport u għal-logħba tal-futbol, hekk kif dawn ix-xogħlijiet jgħinu biex il-futbol jimxi iktar ’il quddiem.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tisbiħ fil-faċilitajiet sportivi ta’ Luqa St Andrew’s F.C minn id il-Public Works
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tisbiħ fil-faċilitajiet sportivi ta’ Luqa St Andrew’s F.C minn id il-Public Works
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tisbiħ fil-faċilitajiet sportivi ta’ Luqa St Andrew’s F.C minn id il-Public Works
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow