Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-viżjoni tal-Gvern tixpruna aktar professjonalità, standards ogħla u aktar impenn lejn futur sostenibbli – Il-Prim Ministru Robert Abela waqt laqgħa konsultattiva mal-MDA dwar il-Budget 2026

PR251844
Date Icon 17/10/2025

Fil-Berġa ta' Kastilja, waqt laqgħa konsultattiva mar-rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA), il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-viżjoni tal-Gvern tixpruna aktar professjonalità, standards ogħla u aktar impenn lejn futur sostenibbli.

Il-Prim Ministru Abela nnota kif pajjiżna rnexxielu jibni ekonomija diversifikata b'firxa wiesgħa ta' setturi li jikkontribwixxu għal suċċess ekonomiku li qed irendi. Huwa żied jgħid li qed naraw prospettivi pożittivi ta' tkabbir ekonomiku sostnut anke fis-snin li ġejjin.

Dr Abela rrimarka kif il-Gvern qed jaħdem b'mod għaqli sabiex jassigura li jiġu indirizzati l-isfidi li jġib miegħu s-suċċess ekonomiku. “Irridu nibqgħu niżguraw li l-miżuri li mmexxu 'l quddiem ikunu sostenibbli, jiġifieri, filwaqt li rridu naraw li jibqa' jkollna progress ekonomiku, huwa daqstant ieħor importanti li niżguraw li jkun hemm impatt soċjali pożittiv kif ukoll naraw li jkun hemm anke salvagwardji għall-ambjent naturali li jdawwarna," sostna l-Prim Ministru.

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, (OHSA) qed tħaddan struttura ta' governanza moderna u solida, u kulma jmur qed issaħħaħ l-infurzar sabiex jiġi żgurat li l-istandards neċessarji jkomplu jinżammu. Dan, flimkien ma' qafas regolatorju b'saħħtu tal-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni (BCA), sostna l-Prim Ministru. Huwa rrefera wkoll għal spezzjonijiet li qed isiru b'mod konġunt bejn l-OHSA u l-BCA.

Dr Abela semma s-servizz tal-helpline 138, li jintuża biex jiġu rappurtati xi abbużi jew tħassib dwar bini jew siti ta' kostruzzjoni, ukoll qed jgħin fit-tisħiħ tal-proċess tal-infurzar. Huwa żied jgħid kif sena ilu, il-BCA nediet servizz ta' għajnuna professjonali b'xejn għal dawk iċ-ċittadini milquta minn siti ta' kostruzzjoni viċin tagħhom. Dan is-servizz jingħata permezz ta' pariri legali u tekniċi minn avukati u periti mqabbda mill-istess awtorità. Is-servizz qed jagħti vuċi aktar b'saħħitha lil dawk milquta, u qed jirriżulta f'aktar serħan il-moħħ. Fi żmien sena minn mindu nedejna dan is-servizz, kien hemm madwar 1,200 persuna li għamlu użu minnu, saħaq il-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru Abela qal li dawn huma biss ftit mill-miżuri li ħadem fuqhom il-Gvern matul l-aħħar snin. Huwa żied jgħid li l-viżjoni tal-Gvern tixpruna aktar professjonalità, aktar standards u aktar impenn lejn futur sostenibbli. Filwaqt li sostna li għad fadal xi jsir, huwa saħaq li flimkien, b'ideat u mpenn konġunt, nistgħu nibnu pajjiż aktar sigur, aħjar u b'saħħtu għal kulħadd.

Waqt din il-laqgħa pparteċipaw ukoll il-Ministri Owen Bonnici, Silvio Schembri, Jonathan Attard u Chris Bonett, is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia; id-Deputat Chris Agius; u l-Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Kurunell Mark Mallia.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-viżjoni tal-Gvern tixpruna aktar professjonalità, standards ogħla u aktar impenn lejn futur sostenibbli – Il-Prim Ministru Robert Abela waqt laqgħa konsultattiva mal-MDA dwar il-Budget 2026
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow