Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Insebbħu l-irħula: proġett ta’ riġenerazzjoni tul ix-xatt ta’ Ta’ Xbiex

pr251817
Date Icon 15/10/2025

Il-Ministeru għall-Ambjent permezz tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) se jkun qed jirriġenera tul ix-xatt ta' Ta' Xbiex, medda ta' aktar minn kilometru.


Ix-xogħol, li mistenni jibda fl-aħħar ġimgħa ta' Ottubru, se jara tisbiħ tal-promenade u ż-żona tal-moll, b'installazzjoni ta' sistemi ġodda ta' ilma u dawl tat-triq.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli u l-Kap Eżekuttiv tal-GHRC Gino Cauchi flimkien ma' rappreżentati tal-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex.

“Proġett ieħor imwiegħed, proġett ieħor li issa ser jitwettaq. Dan il-proġett se jindirizza l-bżonnijiet ta' kuljum tal-komunità u fl-istess ħin ikompli jsaħħaħ il-viżjoni għall-ispazji pubbliċi tagħna; sostenibbli, inklużivi, u ta' kwalità għolja. Il-promenade ta' Ta' Xbiex se jgħaqqad flimkien il-funzjonalità mal-estetika, kif ukoll elementi ambjentali," qalet il-Ministru Dalli.

Biex tinżamm l-armonija viżiva u l-kwalità estetika tal-proġett, se jintużaw materjali ta' livell għoli għall-pavimentar, li jikkumplimentaw dawk diġà installati tul il-promenade tal-Imsida. Se jintuża ġebel tal-lava ta' kwalità għolja u paviment porfido, li huwa materjal b'saħħtu u li jiflaħ għall-elementi naturali. Il-proġett se jinkludi greenway sabiex tippromwovi mezzi ta' vjaġġar alternattivi u sostenibbli.

Il-proġett se jinkludi wkoll xogħol infrastrutturali importanti, b'koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż installazzjoni ta' sistemi ġodda ta' ilma; titjib tas-sistema tad-dawl tat-toroq, inkluż ducting taħt l-art għal service cables u titjib tas-sistema tal-immaniġġjar tal-ilma tax-xita.

Il-Kap Eżekuttiv tal-GHRC Gino Cauchi  qal, “Dan il-proġett ser ikun kumplimentari għall-proġetti li l-GHRC diġà wettqet f'Tal-Pietà u l-Imsida u b'hekk ser ikun ġie riġenerat ix-xatt kollu li jibda mill-inħawi ta' Sa Maison u jibqa' sejjer lil hinn minn Ta' Xbiex. L-isfidi ma jonqsux hekk kif ix-xogħlijiet iridu jsiru fil-preżenza ta' diversi attivitajiet kummerċjali fiż-żona, iżda b'kollaborazzjoni ma' dawk l-operaturi kollha involuti u b'mod partikolari mal-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex ser inkunu qed inroddu proġett ieħor ta' kwalità lill-resident u l-poplu."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Insebbħu l-irħula: proġett ta’ riġenerazzjoni tul ix-xatt ta’ Ta’ Xbiex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Insebbħu l-irħula: proġett ta’ riġenerazzjoni tul ix-xatt ta’ Ta’ Xbiex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Insebbħu l-irħula: proġett ta’ riġenerazzjoni tul ix-xatt ta’ Ta’ Xbiex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Insebbħu l-irħula: proġett ta’ riġenerazzjoni tul ix-xatt ta’ Ta’ Xbiex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow