Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Investiment kbir fl-FSWS: Aktar persuni jfittxu servizzi t’għajnuna

PR251804
Date Icon 13/10/2025

Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, l-FSWS, ippreżentat ir-Rapport Annwali 2024, li jinkludi fih il-ħidma tas-servizzi li toffri l-fondazzjoni permezz tal-amministrazzjoni u bis-saħħa tal-Aġenzija Appoġġ; tad-Direttorat tal-Kura Alternattiva; tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri; tal-Aġenzija Sedqa u tas-servizzi li jiġu offruti f'Għawdex.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, qal li matul is-sena 2024, il-Fondazzjoni ħadmet ma' 24,618 persuna, b'total ta' 25,941 każ. Dan ifisser żieda ta' 4.3% f'każijiet meta kkumparat mas-sena 2023.

“Nemmen li qed inkunu aktar aċċessibbli, u n-nies qed jiġu għandna għax jafu li kapaċi nagħtu għajnuna, pjan individwali u fit-tul, bl-għan aħħari tkun aktar stabbiltà. Ejja niftakru li azzjoni fil-waqt twassal għal direzzjoni pożittiva. Irridu nkomplu nagħtu t-tieni u t-tielet u r-raba' ċans fejn hemm bżonn," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Matul is-sena li għaddiet, il-ħaddiema kollha tal-FSWS gawdew minn ftehim kollettiv ġdid, b'pagi u kundizzjonijiet aħjar, b'apprezzament lejn il-ħidma tagħhom favur il-persuni vulnerabbli li jfittxu l-għajnuna fil-Fondazzjoni.

Sena li rat ukoll investiment rekord t'aktar minn €30 miljun, b'aktar minn 1000 impjegat li l-maġġoranza tagħhom huma professjonisti li jaħdmu direttament mal-klijenti.

Il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred Grixti, qal li s-sena 2024 kienet sena oħra ta' suċċessi għall-FSWS. Spjega li, primarjament, ġie konkluż il-Ftehim Kollettiv li permezz tiegħu l-impjegati fil-livelli kollha tal-FSWS li se jwassal għal żieda sostanzjali ta' 22% fis-salarju tagħhom fuq medda ta' sitt snin sakemm idum fis-seħħ dan il-ftehim. “Is-sena l-oħra kienet partikolari wkoll, fejn fakkarna t-30 anniversarju mit-twaqqif ta' tliet servizzi essenzjali tal-Fondazzjoni, hekk kif fl-1994 tnedew is-servizzi ta' kontra l-vjolenza domestika, is-servizz tal-protezzjoni tat-tfal kif ukoll l-Aġenzija Sedqa, li hi l-aġenzija nazzjonali kontra l-abbuż mill-alkoħol u d-droga," sostna s-Sur Grixti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Investiment kbir fl-FSWS: Aktar persuni jfittxu servizzi t’għajnuna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Investiment kbir fl-FSWS: Aktar persuni jfittxu servizzi t’għajnuna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Investiment kbir fl-FSWS: Aktar persuni jfittxu servizzi t’għajnuna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Investiment kbir fl-FSWS: Aktar persuni jfittxu servizzi t’għajnuna
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow