Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Kompliet ir-riġenerazzjoni ta' San Vinċenz de Paul: Inawgurati s-Swali St Francis 1 u 2

PR251802
Date Icon 13/10/2025

Il-kumpless ta' San Vinċenz de Paul kompla jissaħħaħ permezz tat-tlestija tar-rinnovar totali ta' żewġ swali ewlenin, St Francis 1 u St Francis 2, li jinsabu fuq in-naħa tal-Lvant tal-kumpless, maġenb Ġnien ix-Xewqat Sbieħ magħruf ukoll bħala Ġnien id-Dimensja.

Wara xogħlijiet estensivi fuq medda ta' xhur, iż-żewġ swali ġew inawgurati uffiċjalment mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea, is-Segretarju Permanenti Renzo Degabriele u l-Kap Eżekuttiv ta' San Vinċenz de Paul Jorgen Souness.

Il-proġett ta' rinnovar, b'investiment ta' €1.6 miljun, kien immirat biex dawn is-swali jiġu trasformati f'ambjent modern, komdu u adattat għall-ħtiġijiet tal-lum. Dan jinkludi kmamar akbar, aktar dawl naturali, sistemi tal-ilma u elettriku ġodda, kmamar tal-banju privati u iżjed aċċessibbli, kif ukoll sistema ġdida ta' ossiġnu f'kull kamra.

Il-Ministru Jo Etienne Abela faħħar il-ħidma li qed issir li biha qed tiġi żgurata kwalità ta' ħajja aħjar favur l-anzjani. “Grazzi għal dan l-investiment mhux biss saħħaħna l-kwalità tal-ħajja u kura għall-anzjani, imma qed naraw li nsaħħu u ninvestu f'riżorsi li jgħinu fl-indipendenza tal-anzjani residenti."

Is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea, sostna kif f'dawn l-aħħar snin San Vinċenz de Paul ra investiment rekord, fejn mhux biss żdiedu s-servizzi imma wkoll saret trasformazzjoni sħiħa tal-kumpless f'wieħed state-of-the-art għal pajjiżna. “Illum nistgħu ngħidu b'kunfidenza li għandna struttura ta' kura residenzjali li hija fost l-aqwa f'pajjiżna, b'ambjent modern, sigur u adattat għall-ħtiġijiet tal-lum," temm jgħid is-Segretarju Parlamentari.

Ix-xogħlijiet kienu jinkludu wkoll sistemi ġodda ta' arja kkundizzjonata u ventilazzjoni, nurse call, sistemi ta' emerġenza, pavimentar ġdid bil-vinyl, għamara apposta, u purtieri maħduma mill-ħaddiema ta' San Vinċenz stess.

Dan l-investiment mhux biss isaħħaħ il-kwalità tal-kura iżda jagħti dehra aktar funzjonali u moderna lill-faċilità kollha, filwaqt li jħares id-dinjità u l-indipendenza tal-anzjani.

Ritratti (DOI/MHA)

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Kompliet ir-riġenerazzjoni ta' San Vinċenz de Paul: Inawgurati s-Swali St Francis 1 u 2
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Kompliet ir-riġenerazzjoni ta' San Vinċenz de Paul: Inawgurati s-Swali St Francis 1 u 2
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Kompliet ir-riġenerazzjoni ta' San Vinċenz de Paul: Inawgurati s-Swali St Francis 1 u 2
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Kompliet ir-riġenerazzjoni ta' San Vinċenz de Paul: Inawgurati s-Swali St Francis 1 u 2
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow