Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI L-imieħba soċjali jiddiskutu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-MCESD

PR251791
Date Icon 11/10/2025

F’laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD, l-imsieħba soċjali ddiskutew żewġ temi ta’ prijorità: is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, inkluż l-abbuż minn sustanzi u l-implikazzjonijiet tiegħu, kif ukoll il-Politika Nazzjonali dwar l-Alkoħol.

Fuq is-suġġett tas-saħħa u s-sigurtà, l-imsieħba soċjali rrikonoxxew li naqsu n-numru ta’ inċidenti, iżda qalu li għad fadal aktar xi jsir fosthom il-bżonn ta’ aktar azzjoni biex jitnaqqsu l-fatalitajiet u jinbena post tax-xogħol sigur għal kulħadd. 

Qalu li huwa essenzjali li jkun hemm aktar taħriġ, kuxjenza u kollaborazzjoni bejn entitajiet pubbliċi u privati biex tiżdied l-effiċjenza u l-effettività, u li jiġu mħeġġa investimenti u inċentivi biex in-negozji jkomplu jinvestu fis-sigurtà.

Dwar il-Politika Nazzjonali dwar l-alkoħol u l-abbuż tas-sustanzi, l-Imsieħba qalu li huwa importanti li l-ambjent tax-xogħol ikun wieħed sigur u responsabbli. L-abbuż minn sustanzi, inkluż l-alkoħol, huwa ta’ riskju għas-sigurtà u l-benessri tal-ħaddiema u min iħaddem, u għalhekk hemm bżonn ta' aktar infurzar u edukazzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul, li hu politikament responsabbli mill-MCESD, qal li l-MCESD se jibqa’ jħeġġeġ kollaborazzjoni bejn l-entitajiet kollha bl-għan ewlieni jibqa’ li l-postijiet tax-xogħol ikunu aktar siguri, il-ħaddiema aktar protetti, u li tirrenja kultura ta’ responsabilità minn kulħadd. Irrikonoxxa x-xogħol li sar mill-Gvern fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, fosthom l-espansjoni tal-OHSA sabiex tagħmel aktar spezzjonijiet.

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard flimkien maċ-Chairperson tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà s-Sur Pierre Fava u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Dr Josianne Cutajar, preżentaw ir-riformi mwettqa fl-aħħar xhur, intiżi li jkompli jġibu bidla kulturali fil-mod kif inħarsu lejn is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. Il-Ministru Attard spjega li pass kruċjali f’din il-bidla seħħ bl-introduzzjoni tal-liġi l-ġdida tal-OHSA, li tpoġġi s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema bħala prijorità.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon fejn saħaq kif il-Gvern huwa kommess biex ikompli jimplimenta miżuri dwar dan is-settur. Semma l-politika nazzjonali dwar l-alkoħol li qajmet diversi reazzjonijiet waqt il-konsultazzjoni pubblika. Il-Ministru Falzon tenna li dik il-politika issa tinsab fl-aħħar stadju biex tkun ippubblikata wara li l-Gvern xtarr dak kollu li qalu l-imsieħba ewlenin.

Dr Falzon irrimarka wkoll kif il-Gvern qed idaħħal liġi biex l-awtoritajiet ikollhom aktar saħħa biex jagħmlu random testing fit-toroq tagħna, sabiex ikunu evitati inċidenti li jistgħu jkunu fatali.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg qalet li “huwa essenzjali li nżommu d-djalogu miftuħ mal-imsieħba soċjali, għaliex r-riforma dwar l-użu responsabbli tal-kannabis għandha l-għan li tiżgura li dawk li jagħmlu użu mil-kannabis b’mod responsabbli ma jiġux kriminalizzati. Post dawn il-persuni mhux il-ħabs. Fl-istess waqt, huwa importanti li niżguraw li l-liġijiet ta’ pajjiżna jibqgħu jiġu osservati u rispettati.”

Fl-aħħar nett, is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul, qal li dan huwa l-mod serju kif għandha ssir il-politika, b’diskussjoni miftuħa flimkien mal-imsieħba soċjali. Irrefera għal-laqgħat tal-MCESD bħala post fejn il-Gvern u l-imsieħba jiddibattu l-ideat, sabiex il-Gvern verament ikollu idu fuq il-polz tal-poplu meta jiġi biex jilleġiżla.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI L-imieħba soċjali jiddiskutu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-MCESD
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI L-imieħba soċjali jiddiskutu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-MCESD
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow