Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Jitħabbru r-rebbieħa tal-ewwel Sustainable Development Action Awards

PR251790
Date Icon 11/10/2025

Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika ppreżenta l-ewwel Sustainable Development Action Awards, li jirrikonoxxu l-kontribuzzjonijiet eċċezzjonali għall-iżvilupp sostenibbli madwar Malta.

Imtellgħa mid-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli, dawn il-premjijiet jiċċelebraw grupp divers ta’ ‘changemakers’ li jinkludu individwi, organizzazzjonijiet volontarji, entitajiet pubbliċi, ġurnalisti, żgħażagħ, skejjel, akkademiċi u negozji privati li wrew tmexxija u innovazzjoni straordinarja fl-avvanz tal-iżvilupp sostenibbli.

Id-Direttriċi għall-Iżvilupp Sostenibbli, Francine Pace Caruana, faħħret il-kreattività u d-dedikazzjoni murija mill-parteċipanti, u qalet, “Din iċ-ċerimonja hija xhieda ta’ kreattività. Ir-rebbieħa juru kif soluzzjonijiet prattiċi u ideat oriġinali jistgħu jagħmlu differenza u jfakkruna li kull azzjoni tgħodd biex nibnu futur sostenibbli.”

Dawn il-premjijiet kienu appoġġjati mill-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi.

Ir-rebbieħa tas-Sustainable Development Action Awards 2025 huma: il-Professur Ruben Paul Borg għall-Premju tar-Riċerka u Innovazzjoni; NWAMI International Malta għall-Premju tal-Impatt fil-Komunità; Erica Micallef Filletti għall-Premju tat-Tmexxija taż-Żgħażagħ; HSBC Malta p.l.c. għall-Premju tal-Impatt Pożittiv ESG; 1st Sliema Scout Group (Bernard’s Own) għall-Premju tal-Ambjent; Agius de Soldanis, Rabat Middle School, Gozo College għall-Premju tal-Iskola Sostenibbli; Marc Galdes għall-Premju tas-Sostenibbiltà fil-Ġurnaliżmu; Circular Economy Malta għall-Premju tas-Sostenibbiltà fis-Servizz Pubbliku.

Għal aktar informazzjoni, żur sustainabledevelopment.gov.mt jew segwi Sustainable Development Malta u Sostenibilità fuq il-midja soċjali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Jitħabbru r-rebbieħa tal-ewwel Sustainable Development Action Awards
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Jitħabbru r-rebbieħa tal-ewwel Sustainable Development Action Awards
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Jitħabbru r-rebbieħa tal-ewwel Sustainable Development Action Awards
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow