Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Rinnovazzjoni ta’ ġnien f’Santa Luċija biex jitgawda mill-komunità

PR251783
Date Icon 10/10/2025

Ġiet irrinovata l-Pjazza 7 ta' Lulju f'Santa Luċija mill-Kunsill Lokali ta' Santa Luċija permezz ta' fondi tal-LESA.

Din il-pjazza tinstab fiċ-ċentru tal-lokalità u biswit il-knisja parrokkjali li huwa gawdut sew mill-komunità ta' Santa Luċija.  Ir-rinovar jinkludi dwal ġodda, bankijiet ġodda u anke picnic tables.

L-inawgurazzjoni ta' dan ir-rinovar sar mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri flimkien mal-membri tal-Kunsill ta' Santa Luċija, waqt attività għall-familja, fejn ir-residenti attendew bil-pets tagħhom u kien hemm anke tberik tal-annimali mill-Kappillan Dun Ronnie Zammit.

Il-Ministru Byron Camilleri spjega li, “Santa Luċija dejjem kienet magħrufa bħala lokalità sabiħa, u permezz ta' dan l-investiment bl-għajnuna tal-LESA, qed inkomplu nagħtu lura lill-komunità spazju li jirrifletti dawn il-valuri. Grazzi għall-kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali, il-familji u r-residenti ta' Santa Luċija issa għandhom ġnien rinnovat fejn jistgħu jiltaqgħu u jgawdu flimkien."

L-aġenzija LESA investit ħames miljun ewro għal proġetti fil-komunitajiet imwettqa mill-kunsilli lokali, f'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Dan filwaqt li għal din is-sena, il-LESA kkommettiet kważi żewġ miljun ewro biex tiffinanzja tnejn u tletin proġett fil-gżejjer Maltin.

Il-Kap Eżekuttiv tal-LESA Svetlick Flores spjega li, “Dawn huma fondi li daħlu mit-taħrikiet, iżda li l-aġenzija ma żammithomx għaliha, iżda qed terġa' tagħtihom lura lill-komunitajiet tagħna f'proġetti li se jgawdi minnhom iċ-ċittadin. Dawn il-proġetti nħolqu mill-kunsilli lokali stess, għax huma jafu l-aħjar il-ħtiġijiet u l-bżonnijiet tal-komunità rispettiva."

Is-Sindku ta' Santa Luċija Charmaine St John spjegat li “Din ir-rinnovazzjoni hija aktar minn sempliċiment upgrade — qed nkomplu nagħtu lir-residenti tagħna spazju mġedded biex jinġabru, jilgħabu u jitkellmu. F'isem il-Kunsill, nirringrazzja lil-LESA talli għamlu dan il-proġett possibbli u talli investew fil-ġid tal-komunità tagħna. Aħna ser nibqgħu nagħmlu użu min dawn il-fondi biex insebbħu l-lokalità tagħna."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Rinnovazzjoni ta’ ġnien f’Santa Luċija biex jitgawda mill-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Rinnovazzjoni ta’ ġnien f’Santa Luċija biex jitgawda mill-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Rinnovazzjoni ta’ ġnien f’Santa Luċija biex jitgawda mill-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Rinnovazzjoni ta’ ġnien f’Santa Luċija biex jitgawda mill-komunità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow