AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Saħħa Pubblika u bħala miżura prekawzjonarja għas-saħħa pubblika, id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq javża lill-pubbliku li l-għawm mhux rakkomandat fiż-żona indikata fil-mappa minħabba żbroff ta' ilma maħmuġ, li affettwat il-kwalità tal-ilma tal-baħar. L-uffiċjali qed jinvestigaw biex jiddeterminaw is-sors tal-kontaminazzjoni. It-tul tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi mbassar f'dan l-istadju.
| Kodiċi tas-sit: | NA |
| Lokalità | Maġenb Triq Marsamxett Valletta |

Tabelli li jindikaw iż-żona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tiġi restawrata, it-tabelli ser jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lid-Direttorat għas- Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – +356 2095 4992/4998 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN