Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Il-qawwa ta' Malta tinsab fid-dinjità tal-bniedem – L-Ispeaker Anġlu Farrugia

pr251764
Date Icon 09/10/2025

Il-qawwa ta' Malta tinsab fid-dinjità tal-bniedem. Hekk qal l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, meta dalgħodu fetaħ il-konferenza nazzjonali ''Il Quddiem b'Dinjità' fil-Parlament ta' Malta – laqgħa ta' riflessjoni u ta' djalogu dirett mal-poplu dwar il-valuri fundamentali tas-soċjetà Maltija. Fid-diskors tiegħu, l-Ispeaker saħaq li din mhix laqgħa parlamentari tas-soltu, iżda mument biex inħarsu lejn fejn wasalna, nistaqsu fejn irridu naslu, u fuq kollox kif nistgħu niżguraw li kull wieħed u waħda minna jgħix ħajja b'dinjità.

L-Ispeaker Farrugia rrikonoxxa l-ħidma siewja ta' Ivan Bartolo, u stqarr li dan juri l-veru sens ta' umanità fil-politika. Huwa tkellem dwar il-kuntrast bejn pajjiżi li jkejlu l-valur tal-bniedem fuq il-bażi tal-flus u dawk li jpoġġu l-bniedem fiċ-ċentru. F'Malta għandna nkunu kburin li anke jekk m'għandekx mezzi finanzjarji, xorta tiġi kkurat. Din hi l-ikbar forma ta' ġustizzja soċjali, qal l-Ispeaker.

Fid-diskors tiegħu, l-Ispeaker għamel ukoll riflessjoni fuq il-kuntest internazzjonali, fejn semma t-tfal f'Gaża, il-familji fl-Ukrajna u l-popli fl-Afrika. Huwa sostna li meta naraw dan kollu, irridu nsaħħu s-sens ta' solidarjetà, mhux biss ma' xulxin iżda mal-umanità kollha. Żied jgħid li anke f'pajjiżna hemm sfidi bħall-faqar, id-droga, l-akkomodazzjoni u r-reintegrazzjoni tal-priġunieri, u għalhekk hemm bżonn li l-politika tħares lejn l-għeruq tal-problemi u mhux biss lejn is-sintomi.

Fl-għeluq tiegħu, l-Ispeaker Anġlu Farrugia saħaq li ''Il Quddiem b'Dinjità' mhix ħolma – hi dmir u sfida. Huwa appella għal kuraġġ, għaqda u rispett lejn il-bniedem f'kull qasam tal-ħajja pubblika. Huwa fakkar ukoll fil-kliem ta' Gandhi li l-kejl veru ta' kull soċjetà jinsab f'kif tittratta lil dawk l-aktar vulnerabbli, u temm billi stieden lill-poplu biex flimkien jibnu futur ta' tama u solidarjetà għal kulħadd.

Il-konferenza ġiet indirizzata wkoll mill-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg, minn Katya De Giovanni u minn diversi kelliema oħra.

Ritratti: SPK

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Il-qawwa ta' Malta tinsab fid-dinjità tal-bniedem – L-Ispeaker Anġlu Farrugia
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Il-qawwa ta' Malta tinsab fid-dinjità tal-bniedem – L-Ispeaker Anġlu Farrugia
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Il-qawwa ta' Malta tinsab fid-dinjità tal-bniedem – L-Ispeaker Anġlu Farrugia
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Il-qawwa ta' Malta tinsab fid-dinjità tal-bniedem – L-Ispeaker Anġlu Farrugia
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Il-qawwa ta' Malta tinsab fid-dinjità tal-bniedem – L-Ispeaker Anġlu Farrugia
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow