Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U L-PROĠETTI STRATEĠIĊI Il-Ħames Edizzjoni ta’ Playcon: L-Expo Ewlenija tal-Video games u l-esports

PR251756
Date Icon 08/10/2025

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri, flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta’ GamingMalta, Ivan Filetti, fetħu uffiċjalment is-summit tal-ħames edizzjoni ta’ Playcon fejn minn għada se tibda tilqa’ mijiet ta’ studenti fl-MFCC, Ta’ Qali. 

Il-ħolma li bdiet ħames snin ilu, illum saret realtà b’expo ewlenija għall-video games u l-esports f’Malta, li kull sena qed tkompli tiġbed interess kbir. Din l-inizjattiva tgħaqqad flimkien il-partijiet interessati kollha dawk li ġejjin mill-aspett kreattiv, imprenditorjali, edukattiv u akkademiku u li tkompli tħeġġeġ il-kollaborazzjoni bejn l-industrija, l-istudenti u l-professjonisti.

Din is-sena, Playcon tinkludi wirjiet minn esponenti ewlenin fl-oqsma tal-video games u l-esports, summits B2B, kompetizzjonijiet tal-esports, kif ukoll sessjonijiet edukattivi mmirati lejn l-istudenti.

“Matul dawn il-jiem dan il-post se jilqa’ aktar minn 25,000 viżitatur, aktar minn 60 esebitur, u se jattira aktar minn 24 miljun utent online. Ċifri li jixhdu kif pajjiżna qed isaħħaħ l-impenn tiegħu fl-edukazzjoni, fl-iżvilupp tat-talent u fit-tkabbir ekonomiku, elementi li qed ikomplu jikkonsolidaw il-pożizzjoni ta’ Malta fuq livell internazzjonali f’dawn is-setturi,” spjega l-Ministru Silvio Schembri waqt is-Summit ta’ Playcon. 

Permezz tal-avveniment qed jissaħħaħ il-valur ta’ dawn in-niċeċ ekonomiċi ġodda, filwaqt li qed tiżdied l-importanza tal-industriji tal-iżvilupp tal-video games u l-esports bħala parti integrali mill-ekonomija diġitali ta’ pajjiżna.

“Grazzi għall-investimenti kontinwi, korsijiet speċjalizzati fl-MCAST u l-kollaborazzjoni ma’ Unity, qed nagħtu spinta lill-edukazzjoni f’dan il-qasam. B’sodisfazzjon inħabbar li diġà ġew imħarrġa 400 student, u fis-sena li ġejja se jingħaqdu magħhom 200 ieħor,” qal il-Ministru. 

Dan kollu jmur id f’id ma’ Viżjoni Malta 2050, li tfittex li tibni soċjetà bbażata fuq l-innovazzjoni, il-kompetenzi diġitali, u l-opportunitajiet għal kulħadd.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Gaming Malta, Ivan Filetti, faħħar is-suċċess li Malta qed tikseb fis-settur tal-video games. Huwa sostna li l-Gvern qed jiffoka fuq investiment fil-kreattività biex jippromwovi aktar tkabbir. “Qegħdin noffru mhux biss politika ċara u inċentivi, iżda wkoll infrastruttura b’saħħitha li tgħin lill-istudios, imprendituri u investituri jikkunsidraw lil Malta bħala destinazzjoni attraenti,” qal Filetti.

Għada u l-Ġimgħa, Playcon se tkun miftuħa għall-istudenti tal-iskejjel lokali, filwaqt li tkun miftuħa għall-pubbliku nhar is-Sibt 11 u l-Ħadd 12 ta’ Ottubru, bejn l-10:30am u s-7:00pm, fl-MFCC, Ta’ Qali. Għal aktar informazzjoni, żur: www.playcon.mt

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U L-PROĠETTI STRATEĠIĊI Il-Ħames Edizzjoni ta’ Playcon: L-Expo Ewlenija tal-Video games u l-esports
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow