Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

PR251743
Date Icon 07/10/2025

Imtella' avveniment għaż-żgħażagħ qabel l-10 Konferenza tal-Kunsill tal-Ewropa tal-Ministri responsabbli għaż-Żgħażagħ, li jkompli jsaħħaħ il-vuċi taż-żgħażagħ fid-demokrazija Ewropea

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, indirizza avveniment mtella' għaż-żgħażagħ li qed iservi bħala preludju għall-10 Konferenza tal-Kunsill tal-Ewropa tal-Ministri responsabbli għaż-Żgħażagħ bit-tema “Young People for Democracy: Youth Perspectives in Action", li se jsir bejn it-8 u d-9 ta' Ottubru 2025 fil-Belt Valletta.

Fl-intervent tiegħu waqt l-avveniment għaż-żgħażagħ, is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti qal, “Il-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fil-formazzjoni tal-politika mhix aktar aspirazzjoni iżda realtà stabbilita. Madankollu, din ir-realtà qatt m'għandha tittieħed bħala xi ħaġa awtomatika – trid tibqa' ħajja u sinifikanti. Parteċipazzjoni vera tfisser li  nkomplu nisimgħu b'attenzjoni, naġixxu fuq dak li nisimgħu, u niżguraw li l-vuċijiet taż-żgħażagħ iwasslu għal bidla reali."

Huwa kompla li dan l-ispirtu huwa wkoll rifless fil-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ – Lejn l-2030, li tħeġġeġ il-vuċijiet taż-żgħażagħ u tagħtihom is-sapport biex ikunu parti mill-bidla li jridu jaraw. Spjega kif f' pajjiżna qed inħarsu wkoll lil hinn mill-2030 fejn permezz tal-Viżjoni Malta 2050, qed inpoġġu liż-żgħażagħ bħala msieħba ewlenin fit-tfassil tal-politika dwar l-edukazzjoni, l-innovazzjoni, l-azzjoni klimatika, is-saħħa mentali u l-parteċipazzjoni ċivika.

“Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ għandha tkompli titqies bħala parti indispensabbli mis-sistema demokratika tagħna. Hu biss hekk li nkunu nistgħu ngħidu li tassew ksibna s-sħubija sħiħa taż-żgħażagħ fil-bini ta' Ewropa demokratika, reżiljenti u inklużiva," temm jgħid Azzopardi Tanti.

L-10 Konferenza tal-Kunsill tal-Ewropa tal-Ministri responsabbli għaż-Żgħażagħ ser tiġbor flimkien żgħażagħ, mexxejja u rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet minn madwar l-Ewropa sabiex jiddiskutu l-prijoritajiet tagħhom dwar il-futur tad-demokrazija Ewropea u jippreżentaw il-konklużjonijiet tagħhom lill-Ministri waqt il-konferenza. L-għan hu li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fil-formazzjoni tal-politika Ewropea u li l-vuċijiet tagħhom ikunu parti integrali mid-diskussjonijiet ministerjali.

Il-Konferenza se tiffoka fuq ir-rwol kruċjali tal-Kunsill tal-Ewropa bħala attur ewlieni fil-qasam tal-politika taż-żgħażagħ u se tipprovdi pjattaforma strateġika biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni u l-perspettivi taż-żgħażagħ fil-politika Ewropea; tkompli tibni fuq id-Dikjarazzjoni ta' Reykjavík u m-New Democratic Pact for Europe; tappoġġja lill-politiċi fl-iżvilupp ta' politiki inklużivi u ċentrati fuq iż-żgħażagħ; tirrikonoxxi l-kontribut taż-żgħażagħ fl-irkupru u l-ħajja demokratika tal-Ukrajna; u tħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw l-Council of Europe Reference Framework on a Youth Perspective bħala dokument gwida għall-iżvilupp tal-politika taż-żgħażagħ.

Il-konferenza mistennija tadotta d-dikjarazzjoni finali “Young People for Democracy: Youth Perspectives in Action" u tilqa' wkoll il-konklużjonijiet tal-4th European Youth Work Convention li saret f'Malta f'Mejju 2025.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow