STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA L-Università tat-Tielet Età tibda sena akkademika ġdida b’parteċipazzjoni ta’ 600 anzjan
L-Università tat-Tielet Età (U3A) bdiet uffiċjalment sena akkademika ġdida b’parteċipazzjoni ta’ madwar 600 anzjan minn diversi lokalitajiet f’Malta. Il-ftuħ kien immarkat b’indirizzi mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea, mis-Segretarju Permanenti għall-Anzjanità Attiva, Dr Renzo Degabriele, mill-Pro-Rettur għall-Affarijiet tal-Istudenti u Outreach, Prof. Carmen Sammut, kif ukoll mid-Delegat Rettur għall-U3A u U4A, Prof. Christian Borg Xuereb.
Fid-diskors tagħhom, il-kelliema enfasizzaw il qafas biopsikosoċjali tal anzjanità attiva, fejn l istrutturi ta’ appartenenza, parteċipazzjoni u skop huma kruċjali. Huma rrimarkaw li f’soċjetà li dejjem qiegħda tikber, programmi bħal U3A, programmi tat tagħlim oħra, attività kulturali, volontarjat u inizjattivi interġenerazzjonali jgħinu biex jitnaqqsu l esklużjoni soċjali u l iżolament, jappoġġjaw is saħħa mentali, jgħinu biex jitnaqqsu l-esklużjoni u l-iżolament soċjali, isaħħu s-saħħa mentali, u jsaħħu l-perċezzjoni dwar l-età billi juru l-ħiliet, l-għerf u l-kontribuzzjoni li l-anzjani għadhom kapaċi jagħtu.
Is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea qal,“ L-Università tat-Tielet Età mhijiex biss klassi oħra; hija mezz reali biex l-anzjani jibqgħu involuti fis-soċjetà. Investiment fis saħħa mentali u soċjali tal-anzjani huwa investiment fil-komunità kollha. Il-Gvern se jkompli jappoġġja programmi bħal dawn sabiex l-anzjanità f’Malta tkun esperjenza attiva, inklużiva u b’saħħitha.”
Il-U3A se tiffoka biex issaħħaħ iktar il-kollaborazzjoni bejn l-Università ta’ Malta, u partijiet oħra interessati fil-komunità, bil-għan li toffri opportunitajiet li jkunu rilevanti u risponsivi għall-interessi tal-membri tagħha. Fost il-prijoritajiet ewlenin hemm il-ġlieda kontra l-iżolament soċjali, il-promozzjoni tat-talenti tal-anzjani, u t-tisħiħ tal-fehim bejn il-ġenerazzjonijiet permezz ta’ proġetti u inizjattivi konġunti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN