STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: L-Ispeaker u l-Uffiċjali Parlamentari jżuru l-MCAST
Il-President tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia akkumpanjat mill-Ombudsman u mill-Awditur Ġenerali, żar il-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) f’Raħal Ġdid bħala parti mill-attivitajiet tal-ġimgħa tal-Freshers. Din iż-żjara kienet intiża biex tħeġġeġ djalogu dirett mal-istudenti u tkompli tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn l-istituzzjonijiet parlamentari u ż-żgħażagħ.
Matul iż-żjara, l-Ispeaker flimkien mal-Ombudsman u l-Awditur Ġenerali żaru l-istand li jirrappreżenta l-uffiċċji tagħhom, fejn l-istudenti kellhom l-opportunità jiltaqgħu direttament mar-rappreżentanti u jifhmu aħjar ir-rwol u l-importanza ta’ dawn l-istituzzjonijiet fil-governanza tajba, it-trasparenza u r-responsabbiltà pubblika.
L-Ispeaker, l-Ombudsman u l-Awditur Ġenerali żaru wkoll diversi NGOs li kienu preżenti fuq il-kampus, fejn faħħru l-ħidma volontarja li tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-soċjetà u għat-tisħiħ tal-parteċipazzjoni ċivika f’pajjiżna.
Ritratti: SPK
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN