Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “The Unseen”: Dokumentarju dwar il-ġenituri u caregivers ta’ persuni b’diżabilità b’fondi mill-MCVS

pr251723
Date Icon 04/10/2025

Wara kull persuna b’diżabilità hemm ġenituri u għadd ta’ persuni li jieħdu ħsiebhom, li ħafna drabi x-xogħol kontinwu tagħhom ma jidhirx. Din hija t-tema ta’ dokumentarju u konferenza mill-għaqda volontarja National Parents’ Society of Persons with Disability (NPSPD), li tefgħu dawl fuq l-isfidi li jaffaċċjaw il-ġenituri li jieħdu ħsieb tfal b’diżabilità. 

Attendiet għall-konferenza li fiha ġie muri dan id-dokumentarju, il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia. 

Dan sar permezz ta’ investiment ta’ €5,000 parti mill-fondi allokati mis-Small Initiatives Support Scheme (SIS) amministrati mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS).

Il-konferenza, bit-tema “The Unseen”, kienet immirata għall-istakeholders kollha involuti fil-qasam, inkluż ġenituri, professjonisti fis-settur tad-diżabilità u membri tal-pubbliku interessati. Il-produzzjoni, bl-isem “The Unseen: Parents & Caregivers”, tenfasizza l-fatt li wara kull persuna b’diżabilità hemm ġenituri, u dawk li jieħdu ħsiebhom, li r-reżiljenza, l-imħabba u d-dedikazzjoni tagħhom spiss ma jiġux innutati. Dan id-dokumentarju jitfa’ dawl fuq dawn l-stejjer u joffri għarfien u ispirazzjoni għal kull min jarah.

Il-Ministru Julia Farrugia spjegat kif “id-dokumentarju ‘The Unseen’ jirrifletti r-realtajiet ta’ ħafna ġenituri u caregivers ta’ persuni b’diżabilità, sfidi li ħafna drabi jibqgħu inviżibbli, iżda li huma parti integrali mill-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Huwa għalhekk li bħala Gvern ridna nassiguraw li noffru għajnuna konkreta u prattika għal dawn il-familji. Introduċejna l-iskema ta’ rifużjoni għat-terapiji, sabiex ħadd ma jibqa’ jħallas minn butu għal trattamenti essenzjali. Bdejna b’sistema ta’ krediti tat-taxxa, żidniehom sena wara sena, u llum wasalna biex dawn il-fondi jiġu rifużjoni diretta, anke għal dawk il-familji li ma jaqgħux taħt il-kategorija ta’ taxxabbli. Dan mhux biss juri li l-Gvern jisma’ lill-ġenituri, iżda wkoll li naġixxu biex inżidu l-ġustizzja soċjali u nneħħu pressjonijiet finanzjarji żejda.”

Il-Ministru kompliet tispjega li żiedu wkoll il-kriterji tal-benefiċċju tad-diżabilità sabiex persuni b’diżabilità inviżibbli jiġu rikonoxxuti u jingħataw l-appoġġ li jistħoqqilhom. Fl-ewwel sena ffukaw fuq l-adulti, u din is-sena nkludew ukoll lit-tfal taħt is-16-il sena. Enfasizzat ukoll fuq il-pass importanti fejn ġie estiż il-Carer’s Grant għall-ġenituri ta’ tfal b’diżabilità. Hija sostniet li l-impenn u l-kura li jagħtu dawn il-ġenituri huma apprezzati mill-Istat u ma jitqiesux bħala xi ħaġa ovvja jew mogħtija b’xejn. Semmiet ukoll l-investiment b’saħħtu li l-Gvern qed jagħmel mhux biss fis-servizzi tar-respite għall-familji imma wkoll fil-ħlasijiet biex persuni b’ diżabilità jkollhom assistenti personali.

“Dawn l-inizjattivi kollha huma parti integrali mill-Istrateġija Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità 2021-2030, strateġija li ma ħallejniex fuq il-karta iżda implimentajniha pass pass, dejjem wara konsultazzjoni mal-ġenituri u l-organizzazzjonijiet li jaħdmu f’dan il-qasam. Il-fatt li din l-istrateġija ġiet imfaħħra min-Nazzjonijiet Uniti u mill-Unjoni Ewropea bħala mudell ta’ prattika tajba juri li Malta mhux biss qed timxi fid-direzzjoni t-tajba, iżda qed tagħti wkoll eżempju lil pajjiżi oħra,” temmet tgħid il-Ministru Farrugia.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, Mauro Pace Parascandalo, irringrazzja lill-għaqda għax-xogħol li tagħmel f’dan il-qasam importanti għas-soċjetà tagħna.

Il-President tal-NPSPD, Karen Buttigieg, enfasizzat kif “Il-caregivers u l-ġenituri mhumiex forza tax-xogħol inviżibbli, huma s-sinsla tal-kura. Ħajr lill-MCVS tal-għajnuna tagħhom biex dan il-proġett seta’ jsir possibbli.”

Preżenti għal din il-konferenza kien hemm ukoll il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-tfal, Michael Falzon, li faħħar l-inizjattiva tal-NPSPD u semma l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern fosthom bit-twessiegħ tal-Carer’s Grant. “Proprju llum qed jitqassmu l-pagamenti tal-Carer’s Grant għall-ġenituri li ma jkunux jistgħu jaħdmu biex jieħdu ħsieb wild b’diżabilità severa. Il-Carer’s Grant ġie mwessa’ sabiex issa anke ġenituri ta’ tfal b’diżabilità severa taħt is-16-il sena bdew jirċievu l-Carer’s Grant,” spjega l-Ministru Falzon.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “The Unseen”: Dokumentarju dwar il-ġenituri u caregivers ta’ persuni b’diżabilità b’fondi mill-MCVS
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “The Unseen”: Dokumentarju dwar il-ġenituri u caregivers ta’ persuni b’diżabilità b’fondi mill-MCVS
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “The Unseen”: Dokumentarju dwar il-ġenituri u caregivers ta’ persuni b’diżabilità b’fondi mill-MCVS
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “The Unseen”: Dokumentarju dwar il-ġenituri u caregivers ta’ persuni b’diżabilità b’fondi mill-MCVS
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow