Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL €5 miljun f’għajnuna lil 25,000 familja

PR251714
Date Icon 03/10/2025

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal ħabbar li fi tmiem din il-ġimgħa ser ikun qed iħallas il-pagamenti ta' żewġ benefiċċji differenti. Dawn jinkludu l-In-Work Benefit u l-Carers Grant, u li jkopru minn Lulju sa Settembru ta' din is-sena.

Ħabbar dawn id-dettalji l-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon flimkien mas-Segretarju Permanenti, Mark Musu, waqt konferenza tal-aħbarijiet nhar il-Ġimgħa filgħodu.

Il-Ministru Michael Falzon spjega li mal-25,000 familja qed igawdu minn dawn iż-żewġ pagamenti, b'investiment li jlaħħaq il-€5 miljun.

“Dan huwa Gvern li żamm kelmtu mal-familji, l-ħaddiema u dawk il-ġenituri li jridu jieħdu ħsieb lil uliedhom minħabba diżabilità severa. Dawn huma benefiċċji li bdew fi żmien din l-amministrazzjoni, u li ser inkomplu nsaħħu minn sena għall-oħra, permezz ta' żidiet u t-twessigħ tat-thresholds," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti Mark Musu spjega li l-maġġoranza ta' dawn il-benefiċċjarji qed imur għall-In-work Benefit, tant li minnu ser jibbenefikaw 24,427 benefiċjarju b'investiment ta' kważi €4 miljun. Huwa qal li dan il-benefiċċju jitħallas lil koppji fejn it-tnejn jaħdmu bi dħul nett mill-impjieg li ma jaqbiżx €50,000 fis-sena; koppji fejn wieħed mill-ġenituri jaħdem bi dħul nett mill-impjieg li ma jaqbiżx €35,000 fis-sena; u single parents li jaħdmu bi dħul nett mill-impjieg li ma jaqbiżx €35,000 fis-sena.

Is-Segretarju Permanenti Mark Musu qal li qed jitħallas ukoll il-Carer's Grant, fejn hemm 539 benefiċjarju, li qed igawdu minn investiment ta' ftit aktar minn miljun ewro. F'dan il-pagament hemm ukoll 130 benefiċjarju ġdid li għandhom tfal b'diżabilità severa taħt is-16-il sena u li ser jirċievu l-pagament b'lura minn Jannar 2025.

Il-Carer's Grant kien introdott lura fl-2021 għall-ġenituri li ma jkunux jistgħu jaħdmu biex jieħdu ħsieb wild b'diżabilità severa ta' 16-il sena jew aktar. Il-wild irid ikun intitolat għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità. Din ġiet imwessgħa sabiex issa anke ġenituri ta' tfal b'diżabilità severa taħt is-16-il sena bdew jirċievu l-Carer's Grant.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL €5 miljun f’għajnuna lil 25,000 familja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL €5 miljun f’għajnuna lil 25,000 familja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL €5 miljun f’għajnuna lil 25,000 familja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow