AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, tixtieq tinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf,l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba livelli għoljin ta’ addittiv tal-ikel gliċerol (E 422) li ġie misjub f’xorb b’togħmiet varji li fih dolċifikanti.
Il-gliċerol jintuża bħala addittiv fl-ikel, iżda f’livelli għoljin jista’ jkun ta’ ħsara. Konsum eċċessiv jista’ jikkawża effetti negattivi fuq is-saħħa, speċjalment fit-tfal, iżda wkoll fl-adulti.
Deskrizzjoni tal-prodott: | Xorb b’togħmiet varji tal-frott li fih dolċifikanti |
Togħmiet: | ‘Blue Raspberry Sour Slushy’; ‘Lemon and Lime Sour Slushy’; ‘Apple Sour Slushy’ |
Ditta: | Toxic Waste |
Lot No.: | Il-lottijiet kollha |
Kwantità netta: | 250ml |

Il-konsumatur m’għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN