AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, tixtieq tinforma lill-pubbliku, illi wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott ma għandux jiġi kkunsmat, minħabba l-addittiv, Diossidu tat-titanju (E-171) li mhux awtorizzat.
Id-Diossidu tat-Titanju mhuwiex permess għall-użu fi kwalunkwe prodott tal-ikel fl-UE minħabba t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tiegħu
| Deskrizzjoni tal-prodott: | 'Dried Waxberries' |
| Ditta: | JIABAO |
| Użin: | 65g |
| Lott Nru: | Lottijiet kollha |
| Data ta' skadenza: | 21/12/2025 |
Il-konsumatur ma għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN